Marc tal-Hamis

30 ta’ Mejju

Fid-9:00PM jibda spettaklu ta’ nar tal-ajru filwaqt li jkun ghaddej marc tradizzjonali mill-Banda Birzebbuġa tas-Socjeta Filarmonika San Pietru Birzebbuga A.D. 1990 li jispicca fil-pjazza ta’ Hal Ghaxaq ghall-habta tal-10:30PM. Ezattament wara l-marc ser jintwera dokumentarju fuq big screen tal-istorja tal-kamra tan-nar f’ gheluq il-100 Anniversarju mit-twaqqif taghha. Isegwi dan id-dokumentarju spettaklu kbir ta’ nar minn fuq il-bejt tal-kazin li jkun sinkronizzat ma diversi siltiet muzikali fost il-briju tal-Guzeppini.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *