Is-Sede tas-Soċjeta'

Taghrif migbur minn Keith Fenech

1983 - 1990

Wahda mill-akbar xewqat li kellhom il-Guzeppini Ghaxqin kienet dik li jkollhom Kazin gdid, lussuz, kbir u li seta’ jlahhaq mall-htigijiet dejjem jizdiedu tas-Socjeta’ Guzeppina. Il-hsieb kien ilu jberren go mohh il-Guzeppini. Wiehed mill-aktar nies konvinti minn dan il-progett sa mill-bidu nett tieghu kien l-ex President, is-Sur Emmanuel Vassallo. Ma tantx kien hemm Guzeppini li qatt holmu li x-xewqa taghhom setghet issir realta’, izda malli griet l-ahbar tal-bini ta’ Kazin Gdid, il-Guzeppini kkonkorrew bil-kbir biex jaraw kif setghu jaghtu daqqa t’id.

Fl-20 ta’ Novembru ta’ l-1983, waqt seduta generali annwali kien hemm qbil unanimu mill-membri prezenti biex tinxtara l-parti ta’ wara tal-kazin. Fl-istess zmien kienet saret kompetizzjoni biex jaraw min seta’ jiddisinja l-isbah faccata ghall-Kazin taghna. Kien hemm disinji varji u finalment, wara numru ta’ diskussjonijiet kien intaghzel id-disinn tas-Sur Carmelo Desira.

Fl-1984 kien hareg il-permess mill-Public Works Department biex jitwaqqa’ u jinbena Kazin gdid. Immedjatament beda t-twaqqiegh tal-parti ta’ wara tal-Kazin l-antik. Malli twaqqghet kollha, beda l-bini tas-sala tal-bar li hija mibnija fuq l-art li kienu xtraw fuq in-naha ta’ wara tal-Kazin u l-parti li kienet twaqqghet mill-Kazin l-antik.

Ix-xoghol beda miexi gmielu u fis-21 ta’ Lulju ta l-1985, saret ic-cerimonja tat-tqeghid u t-tberik ta’ l-ewwel gebla tal-Kazin, sewwa sew that in-nicca ta’ San Guzepp li hemm fis-sala tal-bar. Fiz-zmien ta’ wara kompla x-xoghol fuq il-bar u malli lestewh saqqfuh.

Kien f’dak iz-zmien, f’Dicembru ta’ l-1985 meta l-Kumitat kien iddecieda li jahtar Kummissjoni biex tiehu hsieb il-bini tal-Kazin, dejjem b’konsultazzjoni kontinwa mal-membri tal-Kumitat. Din il-Kummissjoni kienet iffurmata minn sebgha min-nies: Joseph Agius, Emmanuel Vassallo, Joseph Caruana, Emmanuel Mizzi, Anglu Vella, Pietru Abela u Carmelo Desira.

F’Jannar ta’ l-1986, l-art kollha li fuqha kien qed jinbena l-Kazin saret kollha propjeta’ ta’ l-Ghaqda Muzikali San Guzepp. Wara li kienet tlestiet u ssaqfet is-sala tal-bar, immedjatament kien beda x-xoghol fuq il-bini tas-sala l-kbira. Sadanittant, il-parti ta’ quddiem tal-Kazin l-antik, kienet ghadha ma twaqqghetx. Ix-xoghol fuq il-bini tas-sala l-kbira kien mexa b’ritmu mghaggel hafna u ma ghaddiex wisq zmien biex issaqqfet ukoll.

Malli tlestiet kien imiss it-twaqqiegh tal-parti ta’ quddiem tal-Kazin. Kien f’dan iz-zmien meta kien gie l-hsieb li fil-parti ta’ quddiem ma ssirx sempliciment intrata u tarag li jaghti ghal fuq. Kien Anglu Vella li kien hareg bil-hsieb li ssir indana ghat-tarag. Il-hsieb tieghu kien li t-tarag isir ghat-tond u jitla minn zewg nahat. Kienet idea originali hafna li ma ssibha fl-ebda Kazin iehor f’Malta. Biex l-originalita tkompli, l-istess bniedem hareg bl-idea fantastika li fis-saqaf ta’ l-indana tat-tarag issir koppla. Malli Anglu Vella kien ipprezenta l-impressjoni artistika ta’ l-indana tat-tarag, ikkumplimentata bil-koppla, kien ghaggeb lil kulhadd u bla dubju ta’ xejn kien hemm qbil dwarha. Ir-ritmu fuq il-bini tal-parti ta’ quddiem tal-Kazin kien beda b’ritmu mghaggel ukoll. Tlesta s-sular t’isfel u beda x-xoghol fuq it-tarag li ma kienx facli biex isir, liema xoghol sar that id-direzzjoni ta’ Guido Agius bl-ghajnuna ta’ numru kbir ta’ partitarji li taw il-konkos.

F’Marzu ta’ l-1987 inxtara l-aluminium kollu ghat-twieqi u ghall-bibien tal-kazin. Dawn inhadmu kollha minn Vincent Dimech b’mod volontarju. Fl-istess xahar, kienu tqabbdu xi konsulenti biex iqassmu d-dawl elettriku. Id-dawl kollu tal-Kazin inhadem mis-Sur Mario Dimech bla hlas ukoll.

Wara li kien tlesta t-tarag li nizel tajjeb hafna mall-partitarji Guzeppini, tkompla x-xoghol fuq l-indana tat-tarag, bil-bini ta’ l-ewwel sular, fejn wiehed isib ukoll kappella. Meta gew isaqqfu l-indana tat-tarag minhabba li riedu jahsbu wkoll ghall-koppla, tqabbad il-Perit Italo Raniolo biex jaghmel id-disinn tat-travi tal-koppla tal-Kazin. Id-disinn tal-bini tal-koppla, flimkien max-xoghol fuq is-saljaturi li hemm mas-saqaf ta’ l-indana tat-tarag sar minn Anglu Vella filwaqt li x-shutter biex finalment issaqfet, sar minn Carmelo Desira.

Insemmu wkoll li x-xoghol kollu fuq il-faccata sar fuq disinn ta’ Carmelo Desira li hadem ukoll xi xoghol ta’ skultura u kapitelli li nsibu fil-faccata. Din kienet l-ahhar fazi tal-bini tal-kazin u f’dan l-istadju, ta’ min isemmi u nirringrazzjaw lil dawk in-nies kollha li taw sehemhom fix-xoghol tal-bini tal-kazin fosthom lill-bennejja Emmanuel Mizzi, Peter Abela, George Debono, George Dimech, George Mizzi u Carmelo Mizzi. Barra minn dawn, kien hemm mijiet ohra ta’ partitarji li hu impossibbli li ssemmihom, u li ta’ kuljum kienu jkunu l-Kazin jghinu fil-bini tal-Kazin u f’dak kollu li kien ikun hemm bzonn. Tajjeb nghidu li l-bini tal-kazin ma damx wisq biex tlesta u nistghu nghidu li kien lest sa l-ahhar ta’ l-1989.

1990 - 1997

Il-bini kien lest imma, l-Kazin ma kienx lest ghax kien ghad irid jitlibbes minn gewwa u kif ukoll minn barra. L-ewwel ma sar kien l-irham kollu tas-sular t’isfel fl-1990. Dan l-irham gie ordnat minn Trapani fi Sqallija. Fl-istess perjodu kien gie ordnat ukoll il-granit tat-tarag. Xi zmien wara kienet giet ordnata arma ghal taht it-tarag li turi salib tal-Kavallieri ornamentali li giet iddisinjata minn Anglu Vella u nhadmet fl-irham minn Ronald Pisani.

Tkompla immedjatament ix-xoghol ta’ l-iskultura li saret mal-bibien li hemm fis-sular ta’ fuq ta’ l-indana tat-tarag. Ix-xoghol kollu fuq din l-iskulturasaret minn Anglu Vella li tajjeb nghidu, li huwa partitarju Guzeppin u x-xoghol kollu ta’ ddisinjar u ta’ skultura li hadem fil-Kazin taghna ghamilhom b’mod volontarju. Fl-1992 kienet saret ajkla biex tikkumplimenta s-simetrija tal-bieb tas-sala l-kbira minn Alfred Camilleri Cauchi. Fl-istess sena, jigifieri fl-1992 tkahhlet il-faccata tal-Kazin minn Peter Abela b’mod volontarju.

Sena wara, fl-1993, saru d-disinji tal-hadid tat-tarag minn Anglu Vella. Ix-xoghol tal-hadid gie ordnat biex isir minn Mauro Farrugia li huwa min-Naxxar. Fl-istess sena, kienu gew ordnati l-bibien tal-faccata tas-sular ta’ fuq. Il-bibien t’isfel saru fl-1991 u nhadmu minn Viku Abdilla.

Lejn l-ahhar ta’ l-1993, beda x-xoghol tant mistenni fuq il-koppla tal-Kazin. Hija oggett uniku li ma ssib bhala imkien u ghalhekk il-hsibijiet u l-preparamenti ma kinux ftit. Is-disinn tal-koppla minn gewwa sar minn Anglu Vella li kien responsabbli mid-dekorazzjonijiet u kif ukoll mill-poggaman tal-koppla. Hareg bil-hsieb li ssir pittura ta’ tmien kompozituri maghrufa li huma Nicolo Isouard, J. W. Mozart, J.S. Bach, R. Wagner, G. Verdi, L.V. Beethoven, P. Tchaikovsky, Scubert

Il-pittura tal-kompozituri saret mill-pittur Ghaxqi Joseph Pulo, filwaqt li zebgha fuq id-dekorazzjonijiet saret minn John Ciantar, David Caruana, Anthony Dimech, Joseph Caruana u Joseph Demicoli b’mod volontarju. L-aluminium tat-twieqi tal-koppla saru minn Vincent Dimech fuq disinn tieghu stess. Dimech hadem ukoll il-poggaman tal-koppla li ta’ min jinnota li qieghed mahdum stil ta’ partitura tal-muzika li fil-fatt hija l-introduzzjoni ta’ l-Innu ta’ San Guzepp ta’ Mro. Paolino Vella li ghadu jindaqq sal-gurnata tal-lum.

Ghall-festa ta’ l-1994 kien tlesta x-xogholkollu konness mal-frontispizju tal-faccata tal-Kazin. Id-disinn ta’ dan il-frontispizju huwa wkoll uniku u sar minn Anglu Vella. L-iskultura kollha tal-frontispizju saret minnu wkoll, mghejjun minn Philip Dimech, Manuel Baldacchino u Joseph Caruana. Il-hadid ta’ mal-frontispizju sar minn David Caruana b’mod volontarju wkoll.

Fl-1995 sar xoghol fuq kapolavur iehor tal-hajt tat-tarag tal-Kazin. Il-hajt tat-tarag m’huwiex lixx, kif ahna mdorrijin naraw izda, gie skolpit kollu kemm hu minn fuq s’isfel. Id-disinn u x-xoghol fuq din l-iskultura saret minn Anglu Vella li kien mghejjun minn George Dimech u George Abela. Dan ix-xoghol kien imfahhar minn kulhadd u kkumplimenta hafna ma’ l-opri l-ohra li wiehed isib fl-indana tat-tarag.

1997 - 2000

Fl-1997 sar il-bieb tas-sala principali li nhadem minn Viku Abdilla. Fl-istess sena, saru l-erba’ pilastri tal-gallarija li gew skolpiti minn Anglu Vella fuq disinn tieghu stess. Fis-sena ta’ wara, fl-1998, tkompliet il-gallarija u sari l-hadid taghha. Fl-istess senagie sprenjat il-hadid tat-tarag tal-Kazin u gie ndurat ukoll, filwaqt li nhadmu l-bibien tas-sala l-Kbira u tal-Kappella.

Tul l-ahhar sena ta’ qabel il-ftuh tal-kazin, sar programm estensiv ta’ hidma bla waqfien li kien jinkorpora fih dawk l-affarijiet kollha li kienu ghadhom ma tlestewx, uhud minnhom ordnati w ippjanati minn qabel. Inghatat importanza kbira li mhux biss dan ix-xoghol ikun lest saz-zmien stipulat, izda li x-xoghol kolluli jsir ikun ghall-altezza li jitlob ‘IL-MERAVILJA’ ta’ Kazin li l-Ghaqda Muzikali San Guzepp ta’ Hal Ghaxaq ghandha u li kull partitarju Guzeppin tant jiftahar bih u bir-ragun kollu.

Copyright © 2019 Għaqda Mużikali San Ġużepp Għaxaq