Il-Vara ta' San Guzepp

Ir-rahal taghna l-Ghaxqin ghandu zewg festi ewlenin, wahda hi dik tal-patruna tar-rahal Santa Marija u ohra tal-padrun taghna San Guzepp. Kull festa ghandha l-istatwa taghha, il-purcissjoni u l-armar taghha kif ukoll, il-kazin taghha.

Il-harsa taghna l-Ghaxqin Guzeppini waqt il-festa ta’ San Guzepp tmur bil-fors fuq l-istatwa taghna. Din hija t-tieni statwa taghna.

L-ewwel wahda ghadha mizmuma b’ghozza kbira fost id-devoti Guzeppini ta’ dan ir-rahal. L-istatwa tal-lum waslet f’ Hal Ghaxaq fl-1933, zmien xi ftit difficli ghaliex il-hajja Maltija ma tantx kienet sejra tajjeb. L-ekonomija Maltija kienet sejra lura hafna. Din turik li l-Ghaxqin kienu lesti jaghmlu minn kollox biex il-festa taghhom ikollha statwa gdida ghalkemm il-but Malti kien xi ftit batut.


Ideat Maltin dwar l-arti
L-Ghaxqin ma ordnawx l-istatwa taghhom hawn Malta. Kien hawn artisti li kienu jafu jaghmlu statwi u vari l-aktar tal-kartapesta. Dak iz-zmien kien hemm l-idea, l-aktar fost il-kleru, li hwejjeg artistici Taljani kienu qishom maghmulin fis-sema, waqt li hwejjeg artistici maghmulin mill-Maltin kienu xi haga inferjuri. Din il-filosofija damet f’ Malta anke fi zmien ta’ wara l-gwerra. Mela mhux xi haga kbira li l-istatwa ta’ San Guzepp saret f’Milan, l-Italja u giet ordnata u mhallsa mill-kazin ta’ San Guzepp u l-Fratellanza Guzeppina ta’ Hal Ghaxaq.


Statwa
L-istatwa hi fuq stil tradizzjonali. Naraw lil San Guzepp wieqaf u ma genbu hemm il-Bambin. Hemm rapport uman bejn missier u iben.

Izda hemm xi haga f’din l-istatwa, hemm l-aspett divin ukoll, hemm ir-rapport bejn Iben Alla u bniedem li kellu missjoni specjali f’din id-dinja; jaghmilha ta’ missier ghall-ghajn il-Bniedem. F’id l-ohra hem mil-bastun tradizzjonali li ghandu l-gilju. Il-bastun hu s-simbolu ta’ mexxej, il-missier kien il-kap tal-familja u San Guzepp kien il-kap tal-Familja Mqaddsa.

Kien hemm idea ta’ esperimentazzjoni meta waslu ghall-ordni ta’ l-istatwa. Kollox hu ispirat mill-istatwa qadima ta’ San Guzepp tar-Rabat maghruf fost id-devoti tieghu bhala x-Xih. Izda f’din l-istatwa hemm ukoll l-idea li kien dahhal Abram Gatt fl-istatwa ta’ dan il-qaddis ghall-parrocca ta’ Bormla. Din kienet waslet Hal Ghaxaq fl-1933. L-Ghaxqin hadu linja tradizzjonali izda hemm influwenza ta’ Abram Gatt. L-istatwa ta’ San Guzepp tar-Rabat u l-ewwel statwa ta’ San Guzepp f’ Hal Ghaxaq ghandhom hafna punti simili waqt li t-tieni statwa fiha tahlita taz-zewg elementi., il-qadim u l-gdid. Harget statwa sabiha, hi movement u umanita’, fuq kollox imhabba.


Il-wasla f’ Hal Ghaxaq
Il-wasla ta’ l-istatwa kienet wahda drammatika. Ghazlu zewg zwiemel bojod u karru. Fuq dan il-karru poggew il-kaxxa ta’ l-injam li kien fiha l-istatwa. Il-karru waqaf f’ misrah San Filippu li hu wiehed mill-aktar imsierah ewlenin f’ Hal Ghaxaq. Fethu l-kaxxa u fost ferh u entuzjazmu bierku l-istatwa Guzeppina gdida. Dan sar mill-Kappillan tar-rahal Dun Aquilina. Warac-cerimonja l-istatwa haduha fuq l-ispallejn mill-partitarji ta’ San Guzepp lejn l-knisja. Naturalment din l-istatwa hadet post l-istatwa ta’ qabel li kien hemm fil-Knisja Parrokkjali.


Il-Pedestall
Statwa gdida, pedestal gdid. Din kienet l-ghajta fost l-Ghaxqin. Ghalhekk zanznu pedestal ghall-istatwal-gdida. Dahlu wkoll ghar-raggiera gdida, wahda ghal ras San Guzepp u ohra ghal ras il-Bambin. Il-bastun bil-gilju fit-tarf tieghu sar ukoll tal-fidda biex jaqbel mar-raggieri. Dan sar f’ Bormla u thallas mill-benefatturi Guzeppini. L-unika haga li kien baqa kienet l-induratura. Din saret fl-1937 gewwa hanut ta’ dan ix-xoghol fi Triq San Kristofru l-Belt Valletta.


Il-Gastri
L-istatwa l-gdida ta’ San Guzepp kienet lesta minn kollox. Izda fuq il-bradella kien ghad hem mil-vojt. L-istatwa kellha bzonn tal-gastri. Kien hemm problema biex dawn il-gastri jsiru.

L-istatwa titulari ma kellhiex gastri tal-fidda. Biex isiru l-gastri ghall-istatwa ta’ San Guzepp kellhom jaghmlu erbgha ghall-istatwa ta’ Santa Marija. Kellhom jaghmlu dan fl-istess sena li kienu ser jaghmlu l-gastri ghall-istatwa taghhom. Il-gastri thallsu mill-partitarji Guzeppini u mill-Kazin tal-Banda San Guzepp. In-nies li dahhlu jdejhom fil-but kienu Vincenzo Borg, Emanuel Dalli, Benedict Borg, Ganni Caruana, Gregory Scicluna u Gejtanu Desira. Kull tnejn hallsu gastra wahda. Ir-raba' gastra thallset mill-kazin tal-Banda San Guzepp. Il-Guzeppini ghamlu wkoll il-gastri ghal fuq il-bradella ta’ l-istatwa ta’ Santa Marija. Izda kien hemm kundizzjoni. “F’Awwissu ta’ l-1937 dawn il-gastri gew imqieghda fuq il-bradella ta’ Santa Marija bil-patt u l-kundzzjoni li ghall-ebda raguni ma’ jistghu jitnehhew minn fuq il-bradella hlief bil-permess tal-kazin tal-Banda San Guzepp”.

L-istatwa ta’ San Guzepp matul iz-zmien kellha bzonn ta’ xi ftit zebgha ghall-ucuh. Ix-xoghol ghamlu wiehed mill-aktar artisti devoti li qatt kellha Malta, il-Kavallier Rafel Bonnici Cali. Il-flus ta’ dan ix-xoghol harighom il-kazin tal-Banda San Guzepp.


Referenza:

Pawlu Buttigieg, “L-Ghaxqa Taghna l-Guzeppini jaghlaq 60 sena fostna” – Ghaqda Muzikali San Guzepp Hal Ghaxaq - 1993