Ir-rahal taghna l-Ghaxqin ghandu zewg festi ewlenin, wahda hi dik tal-patruna tar-rahal Santa Marija u ohra tal-padrun taghna San Guzepp.  Kull festa ghandha l-istatwa taghha, il-purcissjoni u l-armar taghha kif ukoll, il-kazin taghha.

Il-harsa taghna l-Ghaxqin Guzeppini waqt il-festa ta’ San Guzepp tmur bil-fors fuq l-istatwa taghna.  Din hija t-tieni statwa taghna.  

L-ewwel wahda ghadha mizmuma b’ghozza kbira fost id-devoti Guzeppini ta’ dan ir-rahal.  L-istatwa tal-lum waslet f’ Hal Ghaxaq fl-1933, zmien xi ftit difficli ghaliex il-hajja Maltija ma tantx kienet sejra tajjeb. L-ekonomija Maltija kienet sejra lura hafna.  Din turik li l-Ghaxqin kienu lesti jaghmlu minn kollox  biex il-festa taghhom ikollha statwa gdida ghalkemm il-but Malti kien xi ftit batut.

 

 

Ideat Maltin dwar l-arti

L-Ghaxqin ma ordnawx l-istatwa taghhom hawn Malta.  Kien hawn artisti li kienu jafu jaghmlu statwi u vari l-aktar tal-kartapesta.  Dak iz-zmien kien hemm l-isea, l-aktar fost il-kleru, li hwejjeg artistici Taljani kienu qishom maghmulin fis-sema, waqt li hwejjeg artistici maghmulin mill-Maltin kienu xi haga inferjuri.  Din il-filosofija damet f’ Malta anke fi zmien ta’ wara l-gwerra.  Mela mhux xi haga kbira li l-istatwa ta’ San Guzepp saret f’Milan, l-Italja u giet ordnata u mhallsa mill-kazin ta’ San Guzepp u l-Fratellanza Guzeppina ta’ Hal Ghaxaq.

Statwa 

L-istatwa hi fuq stil tradizzjonali.  Naraw lil San Guzepp wieqaf u ma genbu hem mil-Bambin.  Hemm rapport uman bejn missier u iben.

Izda hemm xi haga f’din l-istatwa, hemm l-aspett divin ukoll, hemm ir-rapport bejn Iben Alla u bniedem li kellu missjoni specjali f’din id-dinja; jaghmilha ta’ missier ghall-ghajn il-Bniedem.  F’id l-ohra hem mil-bastun tradizzjonali li ghandu l-gilju.  Il-bastun hu s-simbolu ta’ mexxej, il-missier kien il-kap tal-familja u San Guzepp kien il-kap tal-Familja Mqaddsa.

Kien hemm idea ta’ esperimentazzjoni meta waslu ghall-ordni ta’ l-istatwa.  Kollox hu ispirat mill-istatwa qadima ta’ San Guzepp tar-Rabat maghruf fost id-devoti tieghu bhala x-Xih. Izda f’din l-istatwa hemm ukoll l-idea li kien dahhal Abram Gatt fl-istatwata’ dan il-qaddis ghall-parrocca ta’ Bormla. Din kienet waslet Hal Ghaxaq fl-1933.  L-Ghaxqin hadu linja tradizzjonali izda hemm influwenza ta’ Abram Gatt. L-istatwa ta’ San Guzepp tar-Rabat u l-ewwel statwa ta’ San Guzepp f’ Hal Ghaxaq ghandhom hafna punti simili waqt li t-tieni statwa fiha tahlita taz-zewg elementi., il-qadim u l-gdid.  Harget statwa sabiha, hi movement u umanita’, fuq kollox imhabba.

Il-wasla f’ Hal Ghaxaq

 Il-wasla ta’ l-istatwa kienet wahda drammatika.  Ghazlu zewg zwiemel bojod u karru.  Fuq dan il-karru poggew il-kaxxa ta’ l-injam li kien fiha l-istatwa.  Il-karru waqaf f’ misrah San Filippu li hu wiehed mill-aktar imsierah ewlenin f’ Hal Ghaxaq.  Fethu l-kaxxa u fost ferh u entuzjazmu bierku l-istatwa Guzeppina gdida.  Dan sar mill-Kappillan tar-rahal Dun Aquilina.  Warac-cerimonja l-istatwa haduha fuq l-ispallejn mill-partitarji ta’ San Guzepp lejn l-knisja.  Naturalment din l-istatwa hadet post l-istatwa ta’ qabel li kien hemm fil-Knisja Parrokkjali.

Il-Pedestall

Statwa gdida, pedestal gdid.  Din kienet l-ghajta fost l-Ghaxqin.  Ghalhekk zanznu pedestal ghall-istatwal-gdida.  Dahlu wkoll ghar-raggiera gdida, wahda ghal ras San Guzepp u ohra ghal ras il-Bambin.  Il-bastun bil-gilju fit-tarf tieghu sar ukoll tal-fidda biex jaqbel mar-raggieri.  Dan sar f’ Bormla u thallas mill-benefatturi Guzeppini.  L-unika haga li kien baqa kienet l-induratura.  Din saret fl-1937 gewwa hanut ta’ dan ix-xoghol fi Triq San Kristofru l-Belt Valletta.

Il-Gastri

L-istatwa l-gdida ta’ San Guzepp kienet lesta minn kollox.  Izda fuq il-bradella kien ghad hem mil-vojt.  L-istatwa kellha bzonn tal-gastri.  Kien hemm problema biex dawn il-gastri jsiru.

L-istatwa titulari ma kellhiex gastri tal-fidda.  Biex isiru l-gastri ghall-istatwa ta’ San Guzepp kellhom jaghmlu erbgha ghall-istatwa ta’ Santa Marija.  Kellhom jaghmlu dan fl-istess sena li kienu ser jaghmlu l-gastri ghall-istatwa taghhom.  Il-gastri thallsu mill-partitarji Guzeppini u mill-Kazin tal-Banda San Guzepp.  In-nies li dahhlu jdejhom fil-but kienu Vincenzo Borg, Emanuel Dalli, Benedict Borg, Ganni Caruana, Gregory Scicluna u Gejtanu Desira.  Kull tnejn hallsu gastra wahda.  Ir-raba' gastra thallset mill-kazin tal-Banda San Guzepp. Il-Guzeppini ghamlu wkoll il-gastri ghal fuq il-bradella ta’ l-istatwa ta’ Santa Marija.  Izda kien hemm kundizzjoni.  “F’Awwissu ta’ l-1937 dawn il-gastri gew imqieghda fuq il-bradella ta’ Santa Marija bil-patt u l-kundzzjoni li ghall-ebda raguni ma’ jistghu jitnehhew minn fuq il-bradella hlief bil-permess tal-kazin tal-Banda San Guzepp”.

L-istatwa ta’ San Guzepp matul iz-zmien kellha bzonn ta’ xi ftit zebgha ghall-ucuh.  Ix-xoghol ghamlu wiehed mill-aktar artisti devoti li qatt kellha Malta, il-Kavallier Rafel Bonnici Cali.  Il-flus ta’ dan ix-xoghol harighom il-kazin tal-Banda San Guzepp.

 

Referenza

Pawlu Buttigieg, “L-Ghaxqa Taghna l-Guzeppini jaghlaq 60 sena fostna” – Ghaqda Muzikali San Guzepp  Hal Ghaxaq - 1993

v