| |
|
|
L-ewwel kazin
twaqqaf fl-1870, f’numru 19 fi Sqaq San Guzepp, magenb il-knisja. Erba’
snin wara fl-1874, gie mwaqqaf ufficcjalment bhala l-ewwel kazin socjali
bl-isem ta’ Kazin San Guzepp.
Din is-socjeta’
rat tibdil kbir minn meta twaqqfet. Wara xi zmien is-socjeta akkwistat post
ferm addattat u akbar bhala kazin fil-pjazza tar-rahal.
Fl-1936, waqt
zjara ufficcjali fir-rahal mill-gvernatur ta’ dak iz-zmien Sir Charles
Bonham Carter, dan ipprezenta standard ta’ l-“Union Jack” lill-Kazin San
Guzepp. |


|
Dan il-kazin
minn dejjem kellu benefatturi li kienu lesti li jaghtu jew jaghmlu xi haga
li tibqa’ ghall-uzu jew ikordju tal-kazin. Insibu li fost l-ohrajn fit-30
ta’ April ta’ l-1949 giet imbierka l-bandalora tas-socjeta’ li ggib l-emblema
ta’ San Guzepp, kollha mahduma b’hajt tad-deheb u l-accessorji mportanti
minn barra minn Malta u dawn huma tal-fidda. Din giet imbierka mill-Kappillan
Dun Guzepp Naudi u prezentata mill-Prim Ministru ta’ Dak iz-zmien, Sir Paul
Boffa. Gew ipprezentati wkoll erba’ standardi li kienu rregalati minn
ammiraturi tas-Socjeta’.
|
|
Fl-1951 saret
il-konsagrazzjoni tas-socjeta’ lill-Qalb Imqaddsa ta’ Gesu’ u dik ta’ Marija.
Fl-istess sena, fil-kazin gie milqugh Sir Gerald Creasy, Gvernatur u
Kmandant ta’ Malta, waqt zjara ufficcjali fir-rahal taghna.
Fl-1970 kienet
sena kerha ghall-kazin meta hames membri kienu tilfu hajjithom waqt li kienu
qeghdin jahdmu l-loghob tan-nar ghall-festa ta’ dik is-sena. Dan gara nhar
il-Hadd, 15 ta’ Frar fis-12.45pm. dak in-nhar Hal Ghaxaq kollu kien bkihom.
|
|
Fis-sena 1974 gie celebrat ic-centinarju tal-kazin fejn saru festi kbar u gew mistiedna
nies prominenti ta’ pajjizna. F’dan il-kazin maz-zminijiet saru hafna
alterazzjonijiet biex is-soci u partitarji jkunu moqdija ahjar. Wara xi
zmien, minhabba li s-socjeta’ kibret hafna, il-Kumitat hass il-bzonn ta’
kazin iehor, u akbar u aktar modern ghall-bzonnijiet ta’ zminijiet tal-lum.
Fis-sena 1980, is-socjeta strat dar fuq in-naha ta’ wara tal-kazin, u
fis-sena 1985 strat il-kumplament tal-kazin kollu minghand il-familja Borg,
fl-istess sena beda l-bini gdid tal-Kazin San Guzepp.
|
|
Fis-sena 2000,
is-sena tal-Millenju infetah ufficcjalment dan il-Palazz Kazin uniku
‘Il-Meravilja’. Ghal din l-okkazzjoni storika u unika, saru festi kbar biex
jibqa’ mfakkar dan l-avveniment hekk kbir. Fost ic-celebrazzjonijiet li
saru, kien sar programm muzikali ta’ livell gholi mill-Banda San Guzepp.
Illum
il-gurnata, grazzi ghall-missirijietna ghadna nistghu ngawdu dan il-Kazin
Meraviljuz propjeta’ ta’ l-Ghaqda Muzikali San Guzepp, li ghadu jizboq u
jsebbah il-pjazza bl-iskultura u t-tisbih kollu tieghu. |
|
|