|
|
|

|
Fis-6 ta’
Gunju tas-sena 1886, Mro. Napoleone Caruana Dingli inawgura l-ewwel banda f’
Hal Ghaxaq that l-isem ta’ Banda Filarmonika San Guzepp. Il-kliem ta’
l-inawgurazzjoni ghamlu s-Sur A. Randon fil-pjazza ta’ quddiem il-Knisja.
Wara, l-Kumitat ghamel riceviment li ghalih attendew izjed minn 200 ruh. Snin wara, l-banda
kellha tieqaf peress li f’dawk iz-zminijiet, il-gzejjer Maltin intlaqtu
mill-kolera li aktarx messet lil kull belt u rahal f’Malta u Ghawdex. | |
Naturalment,
minhabba dan il-gwaj tal-kolera, hadd ma kellu mohh il-baned u l-kazini.
Izda l-ghaqda taghna ma setghetx toqghod minghajr banda, Ghalhekk fis-sena 1911, xi partitarji Guzeppini, fosthom l-ahwa Borg (tas-Suldat), George
Caruana (ta’ Cikka), Toninu Galea (iz-Zimber) u ohrajn, avvicinaw
lis-Surmast Paulino Vella ta’ Bormla biex ikompli fejn halla Mro. Napoleone
Caruana Dingli. Sentejn wara, fis-sena 1913, f’dan il-kazin twaqqfet
orkestra maghmula minn 30 dilettant.
Din l-orkestra
swiet ghall-knisja parrokkjali ghax kienet taqdiha fis-servizzi sagri u
kienet providenzjali ghar-rahal ghax kisret dik il-monotonija ta’ dak
iz-zmien li kienet issaltan fl-irkula kollha billi bidet twettaq programme
fir-rahal, Birzebbuga, Hal Safi, Hal Luqa, Marsaxlokk, Hal Kirkop u bnadi
ohra. Wara hajja ta’ 21 sena, fl-1934 Mro. Vella mkisser tajjeb fl-arti
muzikali, biddel l-orkestra f’ banda formali ta’ 45 bandist tal-post. | |
Ma titwemminx!
Il-Banda San Guzepp kienet ghadha zaghzugha u semmghet lehinha l-ewwel darba
wara li nqalbet minn orkestra ghall-banda fil-funeral gwapp ta’ Mro. Paolino
Vella li miet fis-27 ta’ Dicembru, 1936 f’ Bormla, il-belt fejn twieled.
Wara l-mewt ta’
Mro. Paolino Vella, lahaq Mro. Gregory Scicluna. Fl-1942, Mro. Scicluna
kontra qalbu, kellu jhalli l-banda u l-kazin billi beda jservi bhala
ufficcjal tal-Pulizija, u floku ntaghzel Mro. Salvu Azzopardi. Taht dan is-Surmast,
f’sena wahda l-banda wettqet 22 programm. F’dan iz-zmien, rajna l-banda fl-aqwa
taghha b’ 50 bandist tal-post barra ghadd ta’ allievi. Taht dan is-surmast,
il-banda mxiet ‘il quddiem u wettqet programme f’ Malta u fix-Xewkija,
Ghawdex. | |
Il-banda hadet
sehem fil-festi tar-Rebha li saru bil-kbir fit-8 u d-9 ta’ Gunju, 1946 b’radd ta’ hajr lil Alla.
Fl-1947 ha t-tmexxija
tal-banda Mro. Carmel Camilleri li fost hafna marci brijjuzi u funebri li
kiteb lill-banda, hallielna l-innu maestuz bil-vucijiet ad unur
il-Patrijarka San Guzepp.
Fit-2 ta’
Jannar tas-sena 1951, waqt zjara ohra mill-Gvernatur Sir Gerald Greasy
il-banda ferrhet ir-rahal bid-daqq tal-marci. Il-Gvernatur ma baqax ma
weriex l-ghogba tieghu u nkoraggixxa lil kulhadd ghall-izvilupp dejjem akbar
fl-arti muzikali. Bhalu, ghamlu wkoll gvernaturi ohra ta’ qablu meta dawn
gew izuru s-Socjeta’ taghna. | |
Ta’ min isemmi
wkoll li l-marc “Victory” ta’ Mro. Vincenzo Ciappara li ndaqq minn fuq
il-B.B.C fil-programm “Golden Island” kien gie irrekordjat mir-Rediffusion
dak in-nhar li ndaqq mill-Banda San Guzepp fil-festa tal-padrun taghha
fis-sena 1955. | |
Fis-sena 1956,
ha t-tmexxija tal-banda s-Surmast Ghaxqi Mro. Felix Atanasio li beda t-taghlim
tieghu ghand is-Surmast Paolino Vella u ghand Mro. Carmelo Pace. Hu
hallilna kompozizzjonijiet muzikali u marcijiet militari, l-Overture “27th July 1955”, u muzika sagra ghall-vucijiet.
Fl-1961,
inhatar is-Surmast tal-banda taghna Joseph M. Barbara miz-Zejtun u dan kien
l-aktar Surmast li dam mal-Banda taghna. Dan ukoll hallilna bosta marcijiet
brijjuzi u Funebri, u l-aktar zewg overtures popolari tieghu kuma “Odette” u
“El Dorado”. | |
Fis-sena 1987,
lahaq is-Surmast Andrew Coleiro li tieghu l-banda ghandha wkoll hafna marci brijjuzi
kif ukoll marci funebri. | |
Fis-sena 1994 inhatar Surmast tal-Banda taghna Mro. Raymond Fenech F.L.C.M., L.(Mus.)L.C.M.,
Piano Tech (A.P.S.), li wkoll tghallem that is-Surmast Carmelo Pace u kiseb
diversi diploma u certifikati specjalment dik ta’ Licenciate fil-Muzika mil-London
College of Music.
Is-Surmast
Feneh daqq ukoll f’diversi festivals internazzjonali. Hu kien dahal
ghall-konkors mondjali u kompozizzjonijiet etnici fl-Awstralja u gie fir-raba’
post minn fost 64 nazzjon u 5,000 kompozizzjonijiet, pozizzjoni mill-aktar
gholja ghal bniedem Malti. Mro. R. Fenech rregala ghadd ta’ xoghlijiet,
fosthom sinfoniji, muzika sagra u waltzijiet, marci brijjuzi u funebri u
arrangamenti klassici u moderni.
Bla dubju ta' xejn, is-Surmast
Raymond Fenech, matul dawn l-ahhar 14-il sena li ilu jokkupa l-kariga ta'
Surmast Direttur tal-Banda taghna, kellu successi kbar. Fost dawn is-successi,
zgur li ha jibqghu jissemmew iz-Zewg Akkademji Muzikali li ttellghu taht id-direzzjoni
tieghu, fil-Knisja Parrokkjali ta' Hal Ghaxaq. L-ewwel Akkademja
Muzikali ittellghet fis-17 ta' Frar 1995, fl-okkazzjoni tal-25 Anniversarju
mit-tragedja tal-Kamra tan-Nar li sehhet fil-15 ta' Frar 1970. It-Tieni
Akkademja Muzikali ittellghet propju fis-17 ta' Mejju 2008 fl-okkazzjoni ta'
l-inawgurazzjoni tal-Bradella u l-Bankun il-godda ghall-Vara Artistika ta'
San Guzepp. F'dawn iz-Zewg Akkademji indaqqet Muzika Sagra.
| |
Il-Banda San
Guzepp tiehu sehem fil-festa tal-padrun taghha billi twettaq programm u marcijiet gor-rahal taghna. Tiehu sehem ukoll fil-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira.
Il-Banda taghmel ukoll programm Muzikali jumejn qabel il-Milied fis-sala
principali tal-kazin fejn l-bandisti godda jiddebuttaw ghall-ewwel darba
mall-banda propju f’din il-gurnata permezz ta’ daqq ta’ innijiet tal-Milied.
Fi zmien l-imghoddi, il-Banda San Guzepp kienet tiehu sehem ukoll fil-festa
tal-parrocca. Barra dawn l-attivitajiet, il-Banda twettaq ukoll marcijiet
f’diversi bliet u rhula Maltin.
Il-Banda San
Guzepp, devota lejn il-Kbir Qaddis Patrijarka Padrun taghha u tal-Knisja ta’
Kristu, kienet, ghadha u tibqa’ tghozz l-isem imqaddes Tieghu. |  |
|