It-Twaqqif ta' Radju Lehen il-Guzeppini
Nhar il-Hadd 23 ta’ Mejju 2004 ser tibqa’ mfakkra bhala gurnata storika ghas-Socjeta’ Guzeppina fejn ghall-ewwel darba fir-rahal ta’ Hal Ghaxaq nstema’ radju tal-kommunita’ li jxandar mill-istess rahal fuq frekwenza ta’ 90.6 FM Stereo. Dakinhar instema’ ghall-ewwel darba Radju Lehen il-Guzeppini, prodott tal-Kummissjoni Zghazagh Guzeppini Ghaxqin fi hdan l-Ghaqda Muzikali San Guzepp.

Is-Socjeta taghna kienet wahda minn ta’ l-ewwel li kellha stazzjon tal-kommunita’ gewwa Malta u dan fisser li hafna mix-xoghol kellna naghmluh ahna minghajr l-ebda ghajnuna. Minn xhur qabel, il-Kummissjoni Zghazagh hadet hsieb tlesti l-affarijiet biex kollox ikun lest ghat-trazmissjonijiet. Dawn it-trazmissjonijiet kienu ta’ success kbir u gew milqugha tajjeb mill-Ghaxqin kollha. Il-Kummissjoni Zghazagh irceviet il-prosit minghand kulhadd, anke minn emigranti Maltin li setghu jisimghu u jaraw kollox permezz tal-live streaming li sar permezz ta’ din is-site.

Dan kien biss il-bidu. Matul dawn l-ahhar snin, il-Kummissjoni Zghazagh investiet bi kbir f’dan il-progett fejn inxtara l-apparat kollu relatat, li huwa propjeta’ tas-Socjeta’ taghna, kif ukoll sar investment fl-istudio li illum ‘il gurnata tista’ tghid huwa wiehed professjonali. Fil-Milied tas-sena 2007 ittiehdet decizjoni li l-istazzjon jiftah ghall-festi tal-Milied ukoll. Dawn it-trazmissjonijiet ukoll kienu ta’ success. Fil-festa ta’ l-2008 sar bdil fil-frekwenza li nuzaw ghat-trazmissjonijiet peress li bdejna nxandru fuq il-frekwenza ta’ 89.1 FM Stereo.

L-ahhar impenn li qed naghmlu f’dan l-istazjon huwa li d-dirigenza tieghu qeghda tghallem tfal minn Hal Ghaxaq biex ikunu id-disk jockeys tal-futur. Illum ‘il gurnata in-numru ta’ nies li qed jiehdu sehem f’dan ir-radju qieghed dejjem jizdied. Iktar informazzjoni rigward id-disk jockeys tinstab fil-pagna relatata mad-DJs tar-Radju.

Bhalissa ukoll qeghdin nahdmu biex norganizzaw fan club ta’ dan l-istazzjon. Il-gbir qieghed isir mill-Kummissjoni Nisa u Kummissjoni Zghazagh. Int ukoll tista’ tapplika biex isir membru ma’ dan il-fan club billi tibghat email fuq radju@sanguzeppghaxaq.com