It-Twaqqif tal-Fratellanza San Guzepp

Il-bidu tal-fratellanza ta’ San Guzepp jmur lura ghall-ewwel snin tal-parrokat ta’ Dun Mikiel Brancat li serva bhala s-sitt kappillan tal-parrocca Ghaxqija bejn is-snin 1689 u 1731. Id-devozjoni lejn San Guzepp fir-rahal hi antika hafna tant li nsibu artal iddedikat lil dan il-qaddis sa mill-ewwel knisja parrokjali u gie deskritt fil-Vista Pastorali li l-Isqof Balaguer ghamel fil-parrocca fl-1654.1 Pero dan l-artal ma kellux mill-ewwel fratellanza abbinata mieghu, imma kien jinzam permezz ta’ legati li kull tant zmien devoti Ghaxqin kienu jhallu fit-testmenti taghhom, fosthom il-benefattur Lazzaro Agius.

Il-Kappillan Brancat kien waqqaf Kongregazzjoni biex jissuffragaw l-erwieh tal-purgatorju. Il-membri taghha kienu jhallsu zewg habbiet u jsumu darba f’sena. Fl-10 ta’ April 1695 il-kappillan ghamel din l-ghaqda ufficcjali permezz ta’ statut ufficcjali u regolamenti. Hamsin sena wara, propju waqt il-bini tat-tielet Knisja Parrokkjali (il-knisja prezenti tal-lum), il-kappillan Dun Cleardo Mamo ghamel talba lil Isqof biex din il-Kongregazzjoni titwaqqaf taht il-patroncinju ta’ San Guzepp, Protettur ta’ l-Agonizzanti u biex jigi approvat ufficcjalment l-istatut taghha. Din it-talba giet milqugha u l-Fratellanza ta’ San Guzepp giet imwaqqfa ufficcjalment b’digriet ta’ l-Isqof Rull fit-2 ta’ Dicembru 1750. Dan kollu gara fi zmien li l-knisja Parrokkjali kienet ghadha qed tinbena. Fl-istess sena, 1750, l-artal ta’ San Guzepp kien rega ha postu fil-korsija fejn ghadu sal-lum. 2 Fl-1750 ukoll tlesta l-kwadru ta’ dan l-artal kif tixhed data li ghandu mpittra fuqu u li hu attribwit lil Francesco Zahra. Ftit wara, fit-13 ta’ Marzu 1756, il-Kongregazzjoni ġiet mghollija ghal grad ta’ Konfraternita u moghtija l-fakulta li l-membri taghha jilbsu is-saccum u jgorru l-istandard tal-kumpanija.

Matul dawn il-festi anniversarji tal-2008, izzanzan standard gdid peress li dak l-antik kien tqatta’. Dan l-istandard irrakmat bid-deheb inhadem go Franza u sar fuq l-istess disinn ta’ l-antik.

Mat-twaqqif tal-fratellanza kibret ukoll il-festa ta’ San Guzepp fil-parrocca tant li fil-Vista pastorali ta’ l-isqof Rull fl-1757 jsemmi l-festa ta’ San Guzepp kienet issir fid-19 ta’ Marzu. Fil-festa kienet iddahhlet il-priedka waqt il-quddiesa Kantata u ziedu l-purcissjoni. Il-purcissjoni kienet issir bir-relikwa, imma ma jissemma xejn fuq statwa.3

Minn dak iz-zmien ghaddew aktar minn 250 sena. Ghalkemm l-irwol tal-Fratellanza nbidel minn dak originali tieghu, l-iskop li tiehu hsieb id-devozzjoni u l-festi religjuzi f’gieh San Guzepp fil-parrocca ghadu mportanti. Matul iz-zminijet il-Fratellanza baqghet izzid ftit, ftit il-festa ta’ San Guzepp u baqghet dejjem taghmel opri godda fil-knisja Parrokjali biex tizzejjen isbah ghal nhar il-festa tal-qaddis.

Ricerka u Kitba ta’ Rosario Mizzi – Segretarju Fratellanza San Guzepp Hal Ghaxaq

Referenzi:
  • AKF Vista Pastorali Balaguer, 1653-1654, f 201v
  • AKF Vista Pastorali Rull 1750
  • AKF Vista Pastorali Rull 1757