Stqarrijiet
Il-Kantant tad-duo 'Modern Talking' f’ kuncert gewwa Hal Ghaxaq
Data:9 t'April 2012

Thomas Anders, il-kantant originali tal-pop duo famuz Germaniz 'Modern Talking', ser ikun qieghed jaghti performance live fil-Grounds ta’ Hal Ghaxaq nhar il-Gimgha 25 ta’ Mejju 2012 mit-8:00 p.m. ‘il quddiem.

Il-Kuncert ser jigi organizzat ghal darb ohra mill-Ghaqda Muzikali San Guzepp flimkien ma' Spektra Promotions. Bhal ma sar fi snin imghoddija, id-dhul ghal dan il-kuncert ser ikun minghajr hlas fejn madanakollu fil-bieb ser jingabru donazzjonijiet b’risq id-dar tal-Providenza. Hal Ghaxaq illum il-gurnata sar rinomat ghal dawn il-kuncerti li ta' kull sena qeghdin jigbru folol kbar. L-Ghaqda Muzikali San Guzepp ghal darba ohra sejra tkun qieghda zzomm l-appuntament taghha billi din is-sena tistieden lil Anders u l-band tieghu 'Modern Talking' fejn regghu qeghdin jistennew massa kbira ta’ nies li zgur ser joholqu atmosfera mill-aqwa. F’ dawn is-snin li ghaddew il-mistiedna specjali kienu l-Grupp popolari Winter Moods u l-Pink Floyd Project.

Marvic Abela, president ta’ l-Ghaqda Muzikali San Guzepp ta’ Hal Ghaxaq qal li din is-sena l-organizzaturi kienu ser jaghmlu l-almu kollu taghhom biex jorganizzaw l-affarijiet izjed professjonali u ikunu ta’ livell nazzjonali. Bil-ghanuna ta’ Wilfred Spiteri, ta' Spektra Promotions, l-Ghaqda Muzikali iddecidiet li taghmel pass iehor ‘il quddiem, billi tistieden artist barrani li tant kiseb successi bil-muzika u d-diski tieghu. L-idea hi li L-Ghaqda Muzikali San Guzepp ta’ Hal Ghaxaq timxi ‘il quddiem mill-idea li tistieden tribute bands. Abela kompla biex qal, ‘Wara is-success enormi tas-sena li ghaddiet, bil-kuncert tal-Winter Moods, ser tkun difficli hafna ghalina li nigbdu l-istess folla imma zgur li se nkomplu norganizzaw mill-ahjar li nistghu sabiex ntejbu dawn il-kuncerti li tant nies ikunu qeghdin jistennew fil-bidu tas-sajf’.

Thomas Anders u l-band tieghu ser ikunu qeghdin jaghtu xow mill-aqwa u jdoqqu uhud mill-aqwa diski li hargu fit-tmenijiet fosthom, ‘You’re my heart, you’re my soul, Brother Loui, You can win if you want, atlantis is calling u anke diski ohrajn bhal Ready for the victory, Win the race u Take the Chance. F’dan il-kuncert ukoll huma mistennija sorprizi li zgur ser jinzlu ghasel ma' dawk kollha li jattendu fejn ikun hemm ukoll play area ghat-tfal u kif ukoll loghob tan-nar spettakkolari mahduma mill-Ghaqda tan-Nar San Guzepp ta’ Hal Ghaxaq.

Abela irringrazzja lil Wilfred Spiteri ghas-sapport li dejjem isibu minghandu. ‘Minghajr l-Ghajnuna ta’ Wilfred Spiteri, L-Ghaqda taghna, li hija NGO, zgur ma tkunx f’pozizzjoni li ttella kuncerti bhal dawn minghajr hlas’, temm Abela.

Ghal iktar informazzjoni wiehed jista jfittex fuq www.sanguzeppghaxaq.com.



Ordnijiet ghall-flokkijiet tal-Festa 2012
Data:9 t' April 2012

Il-Kummissjoni Zghazagh tavza illi l-flokkijiet tal-festa ta' din is-sena qed jinbiegħu ghall-prezz ta €15, kemm tal-kbar kif ukoll tat-tfal. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tfakkar li ghandha flokkijiet ghat-tfajliet, bic-cingi u V-necks, li qed jinbiegħu ghall-prezz ta' €12 u €15 rispettivament.

L-ordinijiet jistghu jsiru matul il-gimgħa mis- 7pm 'il quddiem, u s-Sibtijiet filghodu mid-9.30 'il quddiem.



Stickers tal-Kuncert 'Modern Talking' ghall-vetturi
Data:9 t' April 2012

Il-Kummissjoni Zghazagh San Guzepp tavza illi bhalissa jinsabu ghall-bejgh, l-istickers li jitwahhlu mall-vetturi li jservu bhala pubblicita' ghall-kuncert kbir li mistenni jittella' fil-Grounds ta' Hal Ghaxaq nhar il-Gimgha 25 ta' Mejju 2012.

Kull min jixtieq kopja ta' dawn l-istickers ghandu jasal wasla sal-kazin u javvicina lil xi membru tal-Kummissjoni Zghazagh.