F’ din
il-gabra ta’ taghrif ser naghtu harsa dettaljata lejn l-avvenimenti
storici li ghaddiet minnhom l-Ghaqda Muzikali San Guzepp sa mis-snin ta’
qabel it-twaqqif taghha sal-gurnata tal-lum u kif minn ghaqda socjali
giet ittrasformata ghal ghaqda muzikali u socjali kif nafuha illum.
Insibu li
ghalkemm fl-1870 kien infetah l-ewwel kazin f’dar li kien hemm f’ 19
Sqaq San Guzepp, magenb il-Knisja Parrokjali, kien fl-1874 meta bhala
rizultat tad-devozzjoni dejjem tizdied lejn San Guzepp kien gie deciz li
jitwaqqaf ufficcjalment l-ewwel Kazin Socjali gewwa r-rahal ta’ Hal
Ghaxaq bl-isem ta’ Kazin San Guzepp.
Fis-6 ta’
Gunju ta’ l-1886 din is-Socjeta’ kienet hadet decizjoni ghaqlija hafna.
Missirijietna kienu ddecidew li jwaqqfu banda fi hdan il-Kazin San
Guzepp. L-ewwel
Surmast Direttur ta’ din il-Banda kien Mro. Napoleone Caruana Dingli
(1858-1933). Dakinhar il-Banda Filarmonica San Giuseppe ta’ Hal Ghaxaq
kienet ghamlet l-ewwel programm Muzikali taghha fil-pjazza tar-rahal.
Il-kliem ta’ l-inawgurazzjoni kien ghamlu s-Sur A. Randon. Wara kien
sar riceviment kbir fis-sede tas-Socjeta'. B’ rizultat ta’ dan,
ir-rispons tan-nies lejn il-kazin kompla jikber, u ghalhekk xi snin wara
minhabba li l-kazin li kellhom kien zghir, kien gie deciz li s-Socjeta'
titrassferixxi ruhha ghal go post ikbar li din kienet akkwistat u li
kien fil-pjazza tar-rahal, ezattament flok il-kazin li ghandna llum.
Fis-sena
1911, xi partitarji Guzeppini kienu avvicinaw lis-Surmast Pawlino Vella
biex ikompli fejn kien halla Mro. Napoleone Caruana Dingli. Dan gara
minhabba li l-Banda taghna kienet waqfet milli taqdi l-funzjonijiet
taghha ghal xi zmien minhabba li prattikament il-bliet u l-irhula kollha
ta’ Malta u Ghawdex kienu ntlaqtu mill-marda tal-kolera.
Sentejn
wara, fl-1913 is-Surmast Pawlino Vella waqqaf ufficcjalment din
l-orkestra l-gdida u kienet ghamlet l-ewwel programm muzikali taghha
taht id-direzzjoni tieghu stess f’dik l-istess sena.
L-1932 kienet sena specjali hafna kemm ghas-socjeta’ taghna u kif ukoll
ghall-Guzeppini Ghaxqin kollha. Dan ghaliex f’ Novembru ta’ dik
is-sena gewwa r-rahal ta’ Hal Ghaxaq kienet waslet fost ferh kbir
l-istatwa tant ghaziza u devota ta’ San Guzepp. Din kienet ingiebet
mill-belt Taljana ta’ Milan wara li nhadmet mid-Ditta Fratelli
Bertarelli. F’dik l-istess gurnata kienu zzanznu wkoll il-pedestall ta’
taht l-istatwa flimkien mar-raggieri ta’ San Guzepp u l-Bambin u l-gilju
t’ idejn San Guzepp li huma lkoll tal-fidda. L-istatwa kienet waslet
ir-rahal f’ kaxxa ta’ l-injam fuq karettun li kien twassal ir-rahal minn
2 zwiemel bojod.
Fl-1934 Mro. Paulino Vella, li kien personalita' mharreg tajjeb hafna fl-arti
muzikali, biddel l-orkestra f’ banda formali ta’ 45 bandist, wara li
kienet ilha 21 sena ddoqq bhala orkestra.
Fl-1936 il-gvernatur Sir Charles Bonham Carter ghamel zjara ufficjali fir-rahal
u fil-kazin taghna nhar l-14 ta’ Novembru. Waqt din iz-zjara hu kien
irregala l-istendard ta’ L-Union Jack lill-Kazin San Guzepp.
Matul dik
l-istess sena , fis-27 ta’ Dicembru kien miet Mro. Paulino Vella u kien
dakinhar stess li l-banda li kien ghadu kif stabilixxa huwa stess kienet
semmet lehenha ghall-ewwel darba fil-funeral tieghu li kien sar gewwa
Bormla.
Biex
jimlew il-vojt kbir li halla warajh Mro. Pawlino Vella, il-Kumitat kien
hatar minfloku lill-Mro. Gregory Scicluna. Tajjeb nghidu li s-Surmast
Scicluna kien minn Hal Ghaxaq.
Fl-1937 il-kumitat tas-Socjeta’ kien hass il-htiega li ssir induratura kif
jixraq fuq il-libsa ta’ San Guzepp u tal-Bambin. Fil-fatt din
l-induratura saret il-Belt Valletta f’ hanut li kien jinsab fi Triq San
Kristofru. Fl-istess sena kienu zzanznu wkoll l-erba’ gastri tal-fidda
ghal fuq il-bradella ta’ l-istatwa ta’ San Guzepp u kif ukoll l-erba’
gastri li jintramaw ma’ l-Assunta fil-festa ta’ Santa Marija li thallsu
hekk; wahda minnhom mill-Ghaqda Muzikali San Guzepp u t-tlieta l-ohra
minn partitarji Guzeppini. Fil-fatt isem dawn in-nies jinsab minqux fuq
il-parti ta’ wara ta’ dawn il-gastri.
Fl-1942 Mro. Gregory Scicluna, kontra qalbu, kellu jhalli l-Banda taghna u floku
ghazlu lil Mro. Salvu Azzoppardi li kien minn Hal Luqa, biex imexxi
l-Banda ta’ din is-socjeta’.
Fl-1946,
sewwa sew fit-8 u fid-9 ta’ Gunju is-Socjeta’ kienet hadet sehem
bis-shih permezz tal-Banda taghha fic-celebrazzjonijiet tar-rebha ta’
pajjizna fi tmiem it-2 gwerra dinija bhala sinjal ta’ radd ta’ hajr lil
Alla.
Fl-1947 kien ha t-tmexxija tal-Banda f’ idejh, il-Karkariz, Mro. Carmelo
Camilleri A(Mus) L.C.M.
Fit-30 t’
April ta’ l-1949, fil-kappella tas-socjeta’ taghna stess kienet saret
ic-cerimonja tal-prezentazzjoni u t-tberik tal-bandalora ufficcjali
tas-Socjeta’ flimkien ma' zewg standardi ohra.
Fit-2
ta’Jannar ta’ l-1951 il-Gvernatur Sir Gerald Greasy, flimkien ma’ Lady
Greasy, kien ghamel zjara ufficcjali lis-Socjeta’ taghna. Waqt din
iz-zjara, kien inkoraggixxa lil kulhadd ghall-izvilupp dejjem akbar ta’
l-arti muzikali. Matul l-istess sena wkoll kienet saret
il-konsagrazzjoni tas-Socjeta’ Guzeppina lill-Qalb Imqaddsa ta’ Gesu u
lill-Qalb bla tebgha ta’ Marija mill-kappillan Dun Guzepp Naudi.
Fl-1954 gie mzanzan l-istandard ufficcjali ta’ din is-socjeta`. Sena qabel,
il-kumitat kien iddecieda li jinkoraggixxi lil Emmanuel Vella u Lorenzo
Buttigieg biex jiehdu l-inizzjattiva u jiehdu hsieb il-gbir
ghall-ispejjez ta’ dan l-istandard. Dan l-istandard kien inhadem
b’hajt tad-deheb mis-sorijiet Vincenza Borg, Rose Vella u Gemma
Giardinello fuq disinn ta’ Emmanuel Buhagiar mir-Rabat. Dan l-istandard
kien qam lis-socjeta` is-somma ta’ LM230.
Fl-1956 it-tmexxijja
tal-Banda ghaddiet f’idejn is-Surmast Ghaxqi Mro. Felix Atanasio A(Mus.)
L.C.M. biex umbaghad, hames snin wara fl-1961 il-kariga ta’ Surmast
Direttur tal-Banda taghna giet afdata lil Mro. J.M. Barbara li kien
miz-Zejtun. Dan kien
l-aktar Surmast li dam jidderiegi l-Banda taghna.
L-1970 kienet sena kerha hafna ghas-socjeta’ taghna. Kien il-Hadd 15 ta’ Frar
ghall-habta ta’ 12.45 p.m. meta spluzjoni qawwijja kienet hezzet
ir-rahal kollu w anke x’ irhula ohra fil-vicinanzi. Kienet splodiet
il-kamra tan-nar tas-Socjeta’ taghna u f’ din l-ispluzjoni kienu tilfu
hajjithom hames membri. Dakinhar ir-rahal kollu kien bkihom.
Fl-1971 kienu inzebghu mill-gdid il-karneggon ta’ l-ucuh, l-idejn u r-riglejn
ta’ San Guzepp u tal-Bambin ta’ l-istatwa artistika ta’ San Guzepp.
Waqt li kien qed isir dan ix-xoghol tnaddfet ukoll l-induratura kollha
ta’ l-istatwa. Dan ix-xoghol kien sar mill-artist Tarxiniz, Raphael
Bonnici Cali. Ir-rikors biex isir dan ix-xoghol sar fl-1968.
Fl-1974 saru celebrazzjonijiet kbar biex jigu ccelebrati kif jixraq il-festi li
kienu jfakkru ic-centinarju mit-twaqqif ta’ din l-Ghaqda. Il-lapida
komemorattiva li tfakkar dan ic-centinarju kienet inkixfet
mill-Onorevoli avukat Anton Buttigieg B.A. L.L.D, deputat Prim Ministru,
nhar id-29 ta’ Settembru.
Fl-1982,
tmien snin wara c-celebrazzjonijiet tac-centinarju, fl- imhuh tal-membri
tal-Kumitat ta’ din l-Ghaqda kien beda jberren il-hsieb li jitkabbar
il-kazin u sussegwentament kienet inxtrat dar fuq in-naha ta’ wara
tal-kazin.
Tlett snin
wara, fl-1985, inxtrat il-kumplament ta’ l-art li fuqu kien mibni
l-kazin u permezz t’ hekk l-art tal-kazin kienet saret kollha propjeta’
tas-socjeta’. Matul dik l-istess sena gie mwaqqgha l-kazin l-antik biex
floku jinbena kazin gdid, akbar u aktar modern biex ikun jista’ jaqdi
ahjar il-htigijiet tas-socjeta`. L-ewwel gebla tal-kazin il-gdid kienet
tpoggiet nhar il-Hadd 28 ta’ Lulju 1985 u kienet tbierket minn Dun Karm
Farrugia.
Fl-1987,
it-tmexxijja tal-Banda kienet ghaddiet f’ idejn is-Surmast Andrew
Coleiro li huwa minn Tas-Sliema. Taht it-tmexxijja tieghu il-Banda
kellha x-xorti li jkollha uhud mill-aqwa marci brijuzi li kien hawn f’
pajjizna mill-pinna tas-Surmast direttur taghha stess. Fost ix-xoghol
li hallilna insibu l-Innu tal-Banda.
Fid-19 ta’
Marzu ta’ l-1991, fil-jum tal-festa liturgika ta’ San Guzepp, fir-rahal
ta’ Hal Ghaxaq kienet waslet minn gewwa l-gzira Ghawdxija l-istatwa
artistika ta’ San Guzepp. Din l-istatwa giet irregalata lis-socjeta’
taghna mis-Sur Mario Dimech u hija xoghol il-bravu statwarju Ghawdxi
Michael Camilleri Cauchi. Biex jigi mfakkar kif jixraq dan l-avveniment
kien sar marc madwar it-toroq tar-rahal li kien akkumpanja din l-istatwa
l-gdida. Din l-istatwa mbaghad bdiet tintuza minn dik is-sena stess
waqt il-marc tal-Gimgha u ghalhekk kienet hadet post l-istatwa ta’ San
Guzepp l-antik biex tigi evitata kull hsara li setghet issirilha
mill-elementi.
Fl-1994 inhatar Surmast mall-Banda taghna Mro. Raymond Fenech F.L.C.M, L(Mus)
L.C.M., A(Mus) L.C.M., Piano Tech (A.P.S), li huwa minn Rahal gdid u
ghadu jmexxi l-Banda taghna sal-lum.
L-1995 kienet sena mpenjattiva hafna ghall-Ghaqda taghna specjalment
ghall-Banda. Fit-22 ta’ Jannar ta’ dik is-sena, fl- okkazjoni ta’ Jum
Hal Ghaxaq li kien qieghed jigi ccelebrat ghall-ewwel darba, il-Banda
San Guzepp tellghet programm muzikali ta’ livell gholi hafna u harget
bl-unuri kollha u kienet iddisstingwiet ruhha permezz tas-solisti
tal-post li l-Banda tipposjedi. Fl-istess okkazzjoni kienet esegwiet
programm Muzikali l-Banda Santa Marija wkoll.
Aqwa minn
hekk, kien nhar is-17 ta’ Frar, fl’ okkazjoni tal-25 anniversarju
mit-tragedja tal-kamra tan-nar, meta l-Banda
San Guzepp tellghet akkademja muzikali fil-Knisja Parrokjali. Din
kienet l-ewwel akkademja muzikali li ttelghet fil-Knisja Parrokjali ta’
Hal Ghaxaq u kienet giet imfahhra mill-mezzi tax-xandir radjofonici u
televizivi kollha ghall-livell gholi li kien intlahaq dakinhar. Kienet
sena ta’ successi ghall-Banda San Guzepp.
Sena wara,
sewwa sew bejn l-10 u l-15 ta’ Mejju ta’ l-1996, is-socjeta’ taghna
kienet giet mistiedna mid-dirigenti tal-villagg turistiku ta’ Citta del
Mare fi Sqallija biex thalli xtutna u tmur hemmhekk biex tinawgura
l-ftuh ufficjali ta’ l-istagun turistiku ta’ dik is-sena. Flimkien
mal-Banda kien tela' wkoll kontingent ta’ 180 partitarju u waqt li kienu
hemm il-Banda kienet ghamlet programmi ta’ livell gholi hafna fis-sala
principali ta’ dan il-kumpless turistiku.
Fl-1999 giet irrestawrata u ndurata mill-gdid l-istatwa artistika ta’ San Guzepp
l-antik u saret ukoll burdura tab-deheb fuq il-libsa ta’ San Guzepp
tal-marc tal-Gimgha mis-sinjuri Anthony Dimech u Emmanuel Pulo.
Barra
minhekk is-sena 1999 kienet tahbat ukoll il-125 anniversarju mit-twaqqif
ta’ l-Ghaqda Muzikali San Guzepp gewwa Hal Ghaxaq. Bla dubju ta’ xejn
gew iccelebrati festi kbar biex ifakkru dan l-avveniment hekk storiku
fl-istorja ta’ din is-Socjeta. Nhar l-Erbgha 2 ta’ Gunju sar marc
bl-istatwa artistika u devota ta’San Guzepp l-antik. Tajjeb nghidu li
din l-istatwa fl-antik kienet l-istatwa li kienet tohrog mill-Knisja
Parrokjali fil-festa. Dan il-marc sar biex tigi inawgurata l-induratura
l-gdida li kienet saret fuq din l-istatwa u l-hsieb kien li dak il-marc
kellu jkun l-ahhar wiehed li kien akkumpanjat minn din l-istatwa. Fi
tmiem dan il-marc din l-istatwa tpoggiet go nicca apposta li hemm
fil-kazin ta’ l-istess socjeta ghall-qima tal-partitarji Guzeppini.
Is-sena
2000 hija s-sena li zgur li ser tibqa tigi mfakkra ghall-bosta w bosta
snin minhabba li din is-sena kienet tahbat is-sena li matulha giet
imwettqa l-holma tal-Guzeppini Ghaxqin kollha. Sa mill-1985
il-Guzeppini Ghaxqin kienu hadmu bla heda fuq il-bini tal-Kazin il-gdid
taghhom. Il-Kumitat hadem bla heda tul l-ahhar ftit xhur ta qabel
l-ewwel festa tal-millenju l-gdid li matulha kellu jigi nawgurat il-bini
tal-Kazin il-gdid. Ix-xewqa tal-Kumitat ma kinitx biss li l-kazin jigi
nawgurat izda li l-kazin ikun attrezzat b’dak kollu possibli u li
jixraqlu. Biex jigi ccelebrat kif jixraq dan l-avveniment saru festi
kbar mifruxa fuq dsatax-il gurnata bejn is-Sibt 20 ta’ Mejju u l-Erbgha
7 ta’ Gunju. Il-qofol ta’ dawn il-festi kien il-Hadd 28 ta’ Mejju.
Il-wedgha li kienet saret lill-partitarji kienet li l-kazin jigi
nawgurat fil-festa tas-sena 2000 u l-Kumitat ma xtaqx li jiddizappunta
lill-partitarji tieghu. Fill-fatt hekk sar u l-appuntament tant
mistenni kien nhar il-Hadd 28 ta’ Mejju, sewwa sew gimgha qabel ma
kienet ser tigi ccelebrata l-ewwel festa tal-Millenju l-Gdid gewwa
r-rahal ta’ Hal Ghaxaq. Bhala parti mic-celebrazzjonijiet waqt dan
il-jum ittellgha programm kolassali fil-pjazza centrali tar-rahal taht
il-patroncinju ta’ l-E.T il-Profs. Guido Demarco, President ta’ Malta.
F’ diskors qasir ta’ l-okkazjoni huwa ddeskriva l-Kazin bhala “
il-Meravija ta’ l-Ghaxqin u Meravilja tal-Maltin u l-Ghawdxin kollha”.
Waqt dan il-Kuncert vokali u strumentali indaqq ghall-ewwel darba l-Innu
l-Kbir bl-isem “ Lil Guzeppi – Gilju li jfewwah” li huwa kompozizzjoni
ta’ Mro. Raymond Fenech F.L.C.M, L(Mus)L.C.M., Piano Tech (A.P.S.).
Il-lirika tieghu inkitbet minn George Bianchi. Fi tmiem dan il-programm
inkixfet irhama komemorattiva mill-President ta’ Malta u l-Kazin gie
mbierek mil-Kappillan tar-rahal Fr. Joe Caruana. Wara saru zewg
ricevimenti kbar wiehed ghall-mistednin distinti u l-iehor ghas-soci
kollha.
Sena wara
fl-2001 inkitbet grajja ohra li ser tibqa minquxa b’ ittri tad-deheb
fl-istorja ta’ din l-Ghaqda. Kien nhar il-Hadd 4 ta’ Frar meta l-Ghaqda
Muzikali San Guzepp ta’ Hal Ghaxaq irnexxiela teghleb bosta
diffikultajiet u esportat xoghol ta’ loghob tan-nar ta’ l-art lejn
il-Gappun. B’ hekk l-Ghaqda Muzikali San Guzepp irnexxiela tkun l-ewwel
socjeta li rnexxiela tesporta loghob tan-nar ta’ l-art lejn il-Gappun u
dan wara li rnexxiela teghleb kompetizzjoni minn socjetajiet ohra.
Fl-20 ta’
Jannar tas-sena 2002 twaqqfet ufficjalment, waqt seduta generali, Banda
taz-Zghazagh fi hdan l-Ghaqda Muzikali San Guzepp. L-isem ta’ din
il-Banda huwa ta’ “Banda Zghazagh San Guzepp Hal Ghaxaq”. Tajjeb nghidu
li din hija l-ewwel u l-unika Banda taz-Zghazagh li giet imwaqqfa
fir-rahal ta’ Hal Ghaxaq. Din il-Banda esegwit l-ewwel programm
muzikali taghha waqt il-festa tas-sena 2002.
Avveniment
iehor importanti li sehh matul is-sena 2002 kien il-programm muzikali li
l-Banda San Guzepp ta’ Hal Ghaxaq esegwit nhar is-Sibt 13 t’ April
fis-Sala Municipali Filippo Castagna ta’ l-iskola primarja ta’ Hal
Ghaxaq fl-okkazjoni ta’ Jum Hal Ghaxaq. B’ hekk il-Banda San Guzepp
saret l-ewwel Banda li qatt esegwit programm muzikali go din is-sala.
Fid- 19
ta’ Marzu ta’ l-2003, f’ Jum il-Festa Liturgika tal-Kbir Patrijarka San
Guzepp, twettqet holma ohra tal-Guzeppini Ghaxqin. Dakinhar giet
inawgurata statwa artistika ta’ San Guzepp mahduma fil-gebel. Din
l-istatwa tpoggiet fuq pedestal tal-gebel fil-parti ta’ wara l-Knisja
ta’ Triq Santa Marija. L-ispejjes kollha in konnessjoni ma din
l-istatwa li ser tkompli ssebbah ir-rahal sabih ta’ Hal Ghaxaq gew
imhallsa mill ex-segretarju tas-socjeta` taghna, is-Sur Mario Dimech.
Il-kxif ta’ din l-istatwa, li hija replika ta’ l-istatwa devota ta’ San
Guzepp li nsibu fil-Knisja Parrokjali ta’ Hal Ghaxaq, sar waqt programm
muzikali ta’ l-ghola livell li gie esegwit mill-Banda San Guzepp ta’ Hal
Ghaxaq. Waqt din ic-cerimonja is-Sur Mario Dimech irregala din
l-istatwa lill-President ta’ l-Ghaqda Muziklai San Guzepp, is-Sur Marvic
Abela, li rcieva din l-istatwa f’isem il-Guzeppini Ghaxqin kollha.
Aktar tard, b’ sens civiku, din l-istatwa giet mghoddijja lill-poplu
Ghaxqi li kien rapprezentat mis-Sindku, s-Sur J.M. Abdilla.
Sena ezatt
wara, f’ Marzu 2004, il-Banda wettqet kisba kbira ohra. Fid-19 ta’
Marzu ta’ l-2004, l-Banda San Guzepp kellha l-unur li ssir l-ewwel Banda
li tesegwixxi l-Innu ta’ Hal Ghaxaq. Dan l-Innu huwa kompozizzjoni ta’
Mro. Raymond Fenech li huwa s-Surmast direttur tal-Banda taghna u ghandu
versi tas-Sur Angelo Vella li huwa wkoll soci fi hdan l-Ghaqda Muzikali
San Guzepp. Dan l-Innu ndaqq quddiem il-kazin ta’ l-Ghaqda taghna fi
tmiem marc li kien qed jigi ccelebrat fl-okkazjoni tal-festa liturgika
ta’ San Guzepp fil-prezenza tas-Sindku, tal-Kappillan tar-rahal u
tal-poplu Ghaxqi.
Fl-1 ta’
Mejju tas-sena 2005, l-Ghaqda Muzikali San Guzepp hasbet biex ticcelebra
kif jixraq il-50 Anniversarju mill-Proklamazzjoni ta’ San Guzepp bhala
Patrun tal-Haddiema mill-Papa Piju XII. Biex jigi ccelebrat kif jixraq
dan il-jum, l-Ghaqda Muzikali San Guzepp iddecidiet li jsir programm t’
attivitajiet specjali. Ghal din l-okkazjoni l-istatwa devota ta’ San
Guzepp inharget minn nicca u tpoggiet fuq l-artal maggur ghal ftit
jiem. Nhar l-1 ta’ Mejju, fid-9.00a.m. giet iccelebrata quddiesa
solenni fil-Knisja Parrokjali ta’ Hal Ghaxaq. Fi tmiem din il-quddiesa
diversi Ghaqdiet u dinjitarji mir-rahal taghna ingabru quddiem l-istatwa
tal-gebel ta’ San Guzepp fejn inkixfet lapida b’ talba lill-Patrijarka
San Guzepp u tpoggew xi bukketti ta’ fjuri quddiem din l-istatwa. Ghal
dik l-okkazjoni izzanzan ukoll il-hadid li jdawwar l-istatwa ta’ San
Guzepp. Fi tmiem dik ic-cerimonja inghata bidu ghal marc brijuz li beda
minn hdejn l-istatwa u dar mat-toroq principali tar-rahal.
Matul
is-sena 2006 iz-zghazagh Guzeppini hasbu biex jipproducu musical ad unur
il-kbir patrijarka San Guzepp. Dan il-musical li jgib l-isem ta’ “Jien
Guzeppi” huwa musical originali u saru xejn inqas minn tlett
raprezentazzjonijiet tieghu bejn il-Gimgha 5 u l-Hadd 7 ta’ Mejju
fl-istitut Kattolika l-Furjana. Dan ix-xoghol mill-isbah kellu
kompozizzjoni ta’ Domnic Galea u lirika ta’ Raymond Mahoney, filwaqt li
l-produzzjoni kienet afdatha f’ idejn Zep Camilleri. Trio li bla dubju
ta’ xejn bhal m’ ghamel f’ okkazjonijiet precedenti, hareg bl-unuri
kollha ghax flimkien ma' kast formidabbli ta’ kantanti, atturi,
zeffiena, extras u voluntiera ohra li hafna minnhom kienu minn Hal
Ghaxaq stess, kisbu success mill-aqwa u paxxew lil mijiet ta’ Maltin li
ghogobhom jattendu waqt dawn ir-raprezentazzjonijiet. Kien xoghol
mill-aqwa li ssemma u gie mfahhar fuq il-mezzi lokali tax-xandir u minn
dawk kollha li rawh.
L-2007 kienet sena mpenjattiva hafna ghall-Ghaqda Guzeppina. L-ewwel
avventiment importanti sehh fid-19 ta’ Marzu bl-inawgurazzjoni
tal-mahzen ta' l-Armar il-gdid. Ix-xoghol fuq dan il-mahzen beda
fl-2003 u permezz tat-tlestija tieghu, is-socjeta illum il-gurnata
ghandha mahzen t’ aktar minn 800 metru kwadru mifruxa fuq tlett sulari.
L-irhama komemorattiva inkixfet mill-President tas-socjeta s-Sur Marvic
Abela, filwaqt li l-mahzen tbierek mill-Kan. Dun Mario Said, Kappillan
tar-rahal waqt marc li sar mill-Banda San Guzepp mat-toroq tar-rahal.
Fit-30 t’
April, il-Fabbrika tan-Nar San Guzepp ta’ Hal Ghaxaq ippartecipat
ghall-ewwel darba fil-Festival Internazzjonali tan-nar li sar fil-port
il-Kbir, fejn minbarra li rebhet il-kategorija ta’ l-aqwa sinkronizzar
tan-nar mal-muzika, ikklassifikat fit-tieni post fil-klassifika
generali.
Ftit
gimghat wara, fil-5 u s-6 ta’ Mejju saru zewg raprezentazzjonijiet ohra
tal-musical ‘Jien Guzeppi’ fl-istitut Kattoliku l-Furjana li ghal darb’
ohra regghu kienu ta' success kbir.
Fit-30 ta’
Novembru, fl-okkazzjoni tal-75 anniversarju mill-migja ta’ l-istatwa ta’
San Guzepp fir-rahal, sar pellegrinagg ‘aux flambaux’ li kien immexxi
minn Mons. Mario Grech, Isqof t’ Ghawdex. Dan il-pellegrinagg
bl-istatwa ta’ San Guzepp sar fi tmiem quddiesa li giet iccelebrata
mill-istess Isqof u li ghaliha attendew il-fratelli tal-fratellanzi ta’
San Guzepp li nsibu fil-gzejjer Maltin.
Is-sena
2008 tibqa' mfakkra ghall-numru kbir ta’ snin bhala s-Sena tal-Bradella.
Fis-17 ta’ Mejju, waqt Akkademja Muzikali li saret mill-Banda San Guzepp
taht il-Patroncinju ta’ l-E.T. il-President ta’ Malta Dr. Edward Fenech
Adami, gew inawgurati il-bradella u l-bankun ta’ l-istatwa ta’ San
Guzepp. Permezz ta’ dan ix-xoghol mill-isbah twettqet holma ohra
tal-Guzeppini Ghaxqin li kienu ilhom jistennew xejn inqas minn 75 sena. Fil-fatt, id-disinn ta’ din il-bradella sar fl-1933 mis-Sur Carmelo
Tonna. Ix-xoghol fuq dan il-kapolavur ra l-bidu tieghu fl-2006.
Il-mastrudaxxa inkarigat mix-xoghol ta’ l-injam ta’ din il-bradella kien
l-Ghaxqi Michael Ellul li kien kontinwament assistit minn ibnu Owen li
minbarra li kien ta’ daqqa t’ id tajba fuq il-lant tax-xoghol, kien
inkarigat mix-xoghol kollu ta’ hadid li sar fil-bankun u s-sistemi
tal-'hydraulic' li saru biex jiffacilitaw l-uzu ta’ din il-bradella.
Ix-xoghol ta’ l-iskultura sar minn Adrian Caruana li huwa mill-Qrendi.
Id-disinji tal-panewijiet tal-bronz saru minn Ganni Bonnici li huwa
mil-Mosta, filwaqt li x-xoghol tal-bronz ta’ dawn il-panewijiet sar
mill-brunzar Joe Chetcuti li huwa mill-Kalkara. Il-lostru tal-bradella u
l-bankun saru minn Mario Ellul li huwa minn Hal Ghaxaq. Fi tmiem
l-Akkademja inkixfet irhama komemorattiva fil-kazin biex tfakkar dan
l-avveniment u wara sar festin kbir ghall-mistednin distinti fis-Sala
Nazzaret.
Meta
tieqaf u tahseb ftit biex taghti harsa lejn dak kollu li gara sa
mit-twaqqif ta’ din l-Ghaqda sal-gurnata tal-lum, zgur li kull Ghaxqi li
f’gismu ghandu jbaqbaq demm Guzeppin, illum ihossu kburi li jaghmel
parti minn din l-akbar Socjeta` li nsibu gewwa r-rahal taghna.
Bl-istess mod nahseb ukoll li llum jinsabu kburin u zgur ma
jiddispjacihomx dawk l-antenati taghna, li llum zgur li m’ ghadhomx
maghna, tad-decizjoni ghaqlija li kienu hadu fl-1874 li jwaqqfu din
l-Ghaqda.
Taghrif
migbur minn
Keith
Fenech. |