Ir-Rahal ta' Hal Ghaxaq

L-Istemma ta' Hal Ghaxaq
Huwa fatt maghruf li Hal Ghaxaq minn dejjem kien imdawwar bil-kampanja sa mill-eqdem zminijiet. Ma jistax jonqos ghalhekk, li l-kulur hadrani jkun imnaqqax ukoll fuq l-istemma li jgib dan ir-rahal. Din l-istemma, sa mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali f' Malta u anke qabel, minn dejjem kienet iggib skudett bi tliet faxxi hodor simbolu tan-natura mferrxa mar-rahal, fuq sfond abjad. Madanakollu, dawn it-tliet faxxi mhux minn dejjem kienu angolati bil-mod kif narawhom illum. Mat-twaqqif tal-Kunsill Lokali ta' Hal Ghaxaq, kienet ittiehdet decizjoni li l-istemma (l-arma) ta' Hal Ghaxaq kellha tigi emendata u ssir bi tliet faxxi hodor orizzontali fuq sfond abjad. Madanakollu, fil-bidu ta' din is-sena kienet ittiehdet decizjoni mill-gdid u saret talba lill-Ministru ta' l-Intern u l-Gvern Lokali biex din l-istemma terga' tigi fil-forma originali taghha u hekk kif il-Ministru approva din it-talba, il-Kunsill Lokali ta' Hal Ghaxaq rega’ beda juza ufficcjalment din l-istemma mill-gdid kif kienet originarjament.

L-Origini ta’ l-isem ‘Hal Ghaxaq’
L-isem ta’ dan ir-rahal jaf il-bidu tieghu minn Zmien l-Gharab. Sa llum il-gurnata, hadd mhu cert minn fejn origina dan l-isem jew x’ wassal biex dan il-post beda jissejjah bl-isem ‘Ghaxaq’.

Nibdew, billi nifirdu l-istruttura tal-kelma fi tnejn. L-ewwel parti hija il-frazi Hal. Din hija t-taqsira tal-kelma raHAL. Huwa ghalhekk li parti l-kbira mill-ismijiet ta’ lokalitajiet differenti f’ Malta jibdew b’ din il-frazi. Imma l-akbar diffikulta li nsibu fl-origini hija it-tieni parti – ‘Ghaxaq’. Hemm diversi verzjonijiet ta’ din id-derivazzjoni. L-aktar wahda komuni fost dawn hija l-probabilita’ li dan l-isem ifforma mill-kunjom ta’ l-ewwel familja li giet toqghod f’ din il-parti ta’ Malta u li kien kunjomha 'Asciak'. F’dak iz-zmien familja kienet toqghod f’xi razzett jew ghalqa. It-tieni verzjoni li hija valida tista’ tkun ukoll il-kawza ta’ dan l-origini. Din hija il-fattur tan-natura. Dan ir-rahal, minkejja d-daqs tieghu dejjem kellu dik ix-xi haga li tGHAXXAQ lil min izuru u ghalhekk jista’ jkun li wasal ghal dan l-isem partikulari Ghaxaq. Minkejja dawn id-differenzi fil-verzjonijiet, tibqa’ haga wahda, illi l-Ghaxqin minn dejjem kienu, ghadhom u ser jibqghu jghozzu lil dan ir-rahal.

Il-Popolazzjoni ta’ Hal Ghaxaq matul iz-zminijiet
Mal-medda taz-zmien, il-popolazzjoni ta’ Hal Ghaxaq, bhal kull lokalita’ f’Malta u Ghawdex, inbidlet u varjat kemm-il darba. Ghall-bidu il-figuri tal-popolazzjoni ma kinux precizi izda mill-1842 ‘il quddiem, il-Gvern Ingliz beda jaghmel ic-censiment b’mod regolari u ghalhekk il-figuri kienu aktar precizi.

Il-figuri juru li fl-1626, meta Hal Ghaxaq sar parrocca u nqata’ mill-matrici taz-Zejtun, kien ghad hawn ftit nies joqghodu fir-rahal. Dan kien ilahhaq mat-340 ruh biss. Bejn l-1646 u l-1660, l-ghadd ta’ residenti tela’ gmielu u lahhaq l-1009 ruh. Fl-1767, l-ghadd ta’ djar baqa’ fejn kien ghaliex la naqsu u lanqas zdiedu, izda l-popolazzjoni marret lura wisq ghaliex instab li saret 352 ruh. Hawn naraw ukoll li bejn l-1842 u l-1901, il-popolazzjoni tar-rahal zdiedet dejjem hlief bejn is-snin 1861 – 1871 meta kien hemm nuqqas marginali. B’kollox iz-zieda kienet ta’ 676. Interessanti wkoll hija l-prezenza ta’ xi barranin f’ Hal Ghaxaq. Fil- fatt, nafu li, skond ic-censiment ta’ l-1851, kien hemm hames Inglizi jghixu f’ Hal Ghaxaq. Mic-censiment ta’ l-1901, nafu li, bejn 1891 – 1901, kienu emigraw 107 persuni mir-rahal.

Knejjes u Kappelli fir-Rahal
Il-Knisja Parrokkjali ta' Hal Ghaxaq

Bla dubju ta' xejn, l-akbar wirt li hallewlna missirijietna Ghaxqin huwa t-tempju ghaziz taghna. Il-Knisja Parrokkjali ta' Hal Ghaxaq illum tista' titqies bhala wahda mill-aktar knejjes sbieh u kbar li ghandna f' pajjizna. Id-disinn ta' dan il-kapolavur sar mill-Perit Sebastjan Saliba. Il-Knisja tlestiet mill-bini fl-1756. Ix-xoghol ta' skultura fuq stil Barokk jiddomina ghal kollox f'din il-knisja. Huwa stil li jiksi l-knisja kollha minn kull rokna taghha.

Il-kappella ta' Santa Lucija

F’ nofs it-triq li mill-Gudja tasal ghal Hal Tarxien, tinsab knisja zghira ddedikata lil Santa Lucija. Illum din il-kappella tinsab mhux boghod hafna mir-rahal ta’ Santa Lucija, li ha ismu propju minn kif kienet tissejjah l-art ta’ l-inhawi.

Illum, din il-kappella tinsab izolata fil-kampanja; imma meta nbniet, kienet f’salib it-toroq bejn it-triq li, minn Bisqallin (iz-Zejtun) u l-Lvant kollu ta’ Malta, wiehed kien irid jghaddi biex imur l-Imdina, u t-triq l-ohra li, miz-Zurrieq u Bir Miftuh (il-Gudja), wiehed kien jghaddi biex imur il-Birgu; dan qabel ma nbniet il-Belt Valletta. Mal-bini tal-Belt, saru toroq godda, u t-toroq ta’ madwar il-kappella ta’ Santa Lucija illum spiccaw iservu bhala trejqiet biex iwasslu biss ghall-ghelieqi.

Ricentement sar restawr estensiv fil-Kappella ta’ Santa Lucija li tinsab fil-konfini ta’ Hal Ghaxaq. Dan ir-restawr sar bl-inizjattiva tal-Fondazzjoni mwaqqfa minn Dr. Mario Rizzo Naudi. Diversi individwi Ghaxqin taw kontribut biex dan ir-restawr sar possibbli. Fost dawn kien hemm il-Kunsill Lokali ta’ Hal Ghaxaq li pprovda l-haddiema tieghu fejn ghamlu xoghol fil-gewwieni ta’ din il-Kappella. Dawn il-haddiema ghamlu xoghol kbir ta’ kxif u invjar tal-gebel b’mod specjali tal-hnejjiet fejn ingiebu ghall-istat originali taghhom. Saret tindifa u tibjida lis-Sagrestija kif ukoll lill-istess Kappella. Saru tiswijiet kbar fl-inkwadru tal-qaddisa u tindif u restawr iehor fl-artal ta’ din il-kappella.

Il-Bazilika ta' San Filippu Neri

L-ewwel gebla ta’ din il-Knisja tqieghdet fit-23 ta’ Jannar 1761, u tlestiet mill-bini tal-gebla fit-3 ta’ Lulju, 1762. Il-Perit tad-disinn tal-knisja kien l-istess perit tal-knisja parrokkjali ta’ Hal Ghaxaq, is-sur Bastjan Saliba. Din il-knisja tbierket u nfethet ufficcjalment fid-29 ta’ Mejju 1763. Il-knisja ghandha altar wiehed imdawwar bi skultura stil Barokk moderat. L-apside ta’ fuq l-altar tolqtok hafna. Il-Kwadru ta’ San Filippu Neri hu xoghol tal-pittur Rokku Buhagiar, u ghandu d-data 1763, fl-isfel tal-kwadru.

Il-knisja hija twila 25 pied u wiesgha 20 pied, mibnija f’ forma rettangulari, bil-faccata u d-dahar minn gewwa jiksru ftit fuq it-tond minhabba l-ispazju ghall-bini ta’ l-altar u ghall-ftuh tal-bieb ta’ barra. Il-knisja tesgha madwar 40 persuna bil-qieghda. Hija mibnija fuq erba’ arkati, li fuqhom tistrieh il-koppla bl-anterna zghira maqsuma fi tmien twieqi. Il-gallerija ta’ l-orgni, kbira u mifruxa minn genb ghall-iehor tal-knisja, hija ta’ l-injam u ghandha disinn mill-isbah. L-orgni li kien ingieb mill-Italja hekk kif tlestiet il-knisja, illum jinsab fil-Muzew tal-Katidral ta’ l-Imdina biex ikun ikkonservat ahjar.

Il-knisja fuq barra ghandha portiku b’ rixtellu tal-hadid. Id-disinn ta’ dan il-portiku jixbah hafna lill-portiku tal-knisja ta’ Santa Katarina ta’ l-Italja li hemm fil-Belt Valletta. Il-faccata tal-knisja minn barra hi mibnija fuq tliet ordnijiet jew pjani. L-ewwel pjan jikkonsisti mill-portiku li jidher qisu separat mill-faccata, imma mhux hekk. L-idea tal-portiku kienet minn dejjem tifforma parti integrali mill-faccata. It-tieni pjan hu l-parti centrali tal-faccata li tiddomina it-tieqa ewlenija u kbira li taghlaq bi frontispizju tal-portiku. It-tielet pjan hu l-koppla bl-anterna bis-salib li tielgha fuqha, u mdawwra bil-ballavostri helwin mac-cinturin taghha, u torbot kollox f’ unita’ wahda, u taghti dehra arkitettonikament helwa u sabiha lill-faccata kollha.

Il-Knisja ta' Santu Kristu

Fis-17 t’Ottubru, 1852, tqeghdet l-ewwel gebla tal-knisja ta’ Santu Kristu, waqt funzjoni religjuza li bidet b’pellegrinagg mill-Knisja Parrokkjali ta’ Hal Ghaxaq ghal fuq il-post imsejjah “Ta’ Kalamija”. Il-perit u l-imghallem tax-xoghol kien Frangisku Carabott miz-Zejtun. Il-knisja hadet sitt snin, hdax-il xahar u disat ijiem sal-jum meta tbierket fis-26 ta’ Settembru 1859.

Din il-knisja ghandha storja interessanti warajha. Kienet is-sena 1766 meta Mikielang Zammit, perit tar-raba’ minn Hal Ghaxaq, kien sema’ priedka fuq il-Passjoni ta’ Kristu li tant impressjonatu, li ghamilha f’mohhu li jibni nicca lil Gesu Redentur fuq il-gholja fl-inhawi ta’ Santa Lucija tal-Barrani hdejn it-Torri ta’ Kalamija fit-triq li minn Hal Ghaxaq tiehu ghall-Belt jew il-Kottonera. Kien ghadda z-zmien izda ma sar xejn. Gara li darba kien ghaddej mit-triq ta’ l-inhawi fejn kien haseb li jibni n-nicca, u nqalaghlu incident li waqa’ biz-ziemel b’ kollox. Malajr rega’ fegg f’ mohhu l-hsieb tan-nicca li wieghed li jaghmel, u dak il-hin iddecieda li, flok nicca wahda, jaghmel nicca ohra ghall-Veronika wkoll.

Mikielang akkwista l-art b’xejn u qabbad lill-bennej biex jibnilu n-nicec li xtaq jaghmel. L-ewwel nicca, dik ta’ Gesu’ Redentur, tlestiet fis-sena 1807, u sena wara, fis-26 ta’ Lulju, 1808, tpoggiet l-istatwa tal-gebel ta’ Gesu mghobbi s-salib – xoghol ta’ Pawlu Azzopardi, minn Bormla. Is-Sur Mikielang miet, u n-nicca l-ohra tal-Veronika ma saritx. Id-devozzjoni lejn din in-nicca kienet kbira hafna. Dun Guzepp Marija Demicoli kien ghamel talba bil-miktub lill-isqof biex, flok in-nicca, ikollu permess jibni kappella zghira u jqieghed l-istatwa ta’ Gesu Mghobbi s-Salib fiha, fin-nicca flok il-kwadru ta’ l-Altar Maggur. L-ahbar t-tajba giet fit-23 ta’ Awwissu 1852, meta l-isqof approva t-talba ghall-bini tal-kappella ta’ Santu Kristu.

Il-Karnival Spontanju f'Hal Ghaxaq
Wahda mill-aktar avvenimenti matul is-sena li qieghed isir popolari huwa l-Karnival spontanju li jafu jaghmlu l-Ghaxqin. Huwa stil differenti minn Karnival li isir fi rhula ohra, dan ghaliex f' dan il-karnival kulhadd johrog fit-toroq spontanjament minghajr ebda preparamenti. Il-kostum ma jkunux normalment daqshekk sbieh bhalma imdorrijin naraw f' xi ballijiet tal-karnival, izda Hal Ghaxaq ghadu jhoss li l-karnival spontanu ghandu post fir-rahal taghna. Ricentament, infethet kumpanija gdida tal-Karnival f' Hal Ghaxaq imsejha 'M.R.S.' biex tkompli tippromwovi l-attivitajiet li jsiru fil-Karnival f' Hal Ghaxaq.