Nhar il-Hadd 23 ta’ Mejju 2004 ser
tibqa’ mfakkra bhala gurnata storika ghas-Socjeta’ Guzeppina fejn
ghall-ewwel darba fir-rahal ta’ Hal Ghaxaq nstema’ radju tal-kommunita’ li
jxandar mill-istess rahal fuq frekwenza ta’ 90.6 FM Stereo. Dakinhar instema’
ghall-ewwel darba Radju Lehen il-Guzeppini, prodott tal-Kummissjoni Zghazagh
Guzeppini Ghaxqin fi hdan l-Ghaqda Muzikali San Guzepp.
Is-Socjeta taghna kienet wahda
minn ta’ l-ewwel li kellha stazzjon tal-kommunita’ gewwa Malta u dan fisser
li hafna mix-xoghol kellna naghmluh ahna minghajr l-ebda ghajnuna. Minn xhur
qabel, il-Kummissjoni Zghazagh hadet hsieb tlesti l-affarijiet biex kollox
ikun lest ghat-trazmissjonijiet. Dawn it-trazmissjonijiet kienu ta’ success
kbir u gew milqugha tajjeb mill-Ghaxqin kollha. Il-Kummissjoni Zghazagh
irceviet il-prosit minghand kulhadd, anke minn emigranti Maltin li setghu
jisimghu u jaraw kollox permezz tal-live streaming li sar permezz ta’ din
is-site.
Dan kien biss il-bidu. Matul
dawn l-ahhar snin, il-Kummissjoni Zghazagh investiet bi kbir f’dan
il-progett fejn inxtara l-apparat kollu relatat, li huwa propjeta’
tas-Socjeta’ taghna, kif ukoll sar investment fl-istudio li illum ‘il
gurnata tista’ tghid huwa wiehed professjonali. Fil-Milied tas-sena 2007
ittiehdet decizjoni li l-istazzjon jiftah ghall-festi tal-Milied ukoll. Dawn
it-trazmissjonijiet ukoll kienu ta’ success. Fil-festa ta’ l-2008 sar bdil
fil-frekwenza li nuzaw ghat-trazmissjonijiet peress li bdejna nxandru fuq
il-frekwenza ta’ 89.1 FM Stereo.
L-ahhar impenn li qed naghmlu
f’dan l-istazjon huwa li d-dirigenza tieghu qeghda tghallem tfal minn Hal
Ghaxaq biex ikunu id-disk jockeys tal-futur. Illum ‘il gurnata in-numru ta’
nies li qed jiehdu sehem f’dan ir-radju qieghed dejjem jizdied. Iktar
informazzjoni rigward id-disk jockeys tinstab fil-pagna relatata mad-DJs
tar-Radju.
Bhalissa ukoll qeghdin nahdmu
biex norganizzaw fan club ta’ dan l-istazzjon. Il-gbir qieghed isir mill-Kummissjoni
Nisa u Kummissjoni Zghazagh. Int ukoll tista’ tapplika biex isir membru ma’
dan il-fan club billi tibghat email fuq radju@sanguzeppghaxaq.com |