| |
|
|
L-Istemma
ta' Hal Ghaxaq
Huwa fatt maghruf li Hal Ghaxaq minn dejjem kien
imdawwar bil-kampanja sa mill-eqdem zminijiet.
Ma jistax jonqos ghalhekk, li l-kulur hadrani
jkun imnaqqax ukoll fuq l-istemma li jgib dan
ir-rahal. Din l-istemma, sa mit-twaqqif
tal-Kunsilli Lokali f' Malta u anke qabel, minn
dejjem kienet iggib skudett bi tliet faxxi hodor
simbolu tan-natura mferrxa mar-rahal, fuq sfond
abjad. Madanakollu, dawn it-tliet faxxi mhux
minn dejjem kienu angolati bil-mod kif narawhom
illum. Mat-twaqqif tal-Kunsill Lokali ta' Hal
Ghaxaq, kienet ittiehdet decizjoni li l-istemma
(l-arma) ta' Hal Ghaxaq kellha tigi emendata u
ssir bi tliet faxxi hodor orizzontali fuq sfond
abjad. Madanakollu, fil-bidu ta' din
is-sena kienet ittiehdet decizjoni mill-gdid u
saret talba lill-Ministru ta' l-Intern u l-Gvern
Lokali biex din l-istemma terga' tigi fil-forma
originali taghha u hekk kif il-Ministru approva
din it-talba, il-Kunsill Lokali ta' Hal Ghaxaq
rega’ beda juza ufficcjalment din l-istemma
mill-gdid kif kienet originarjament. |


|
L-Origini ta’ l-isem
‘Hal Ghaxaq’
L-isem ta’ dan ir-rahal jaf il-bidu tieghu minn
Zmien l-Gharab. Sa llum il-gurnata, hadd mhu
cert minn fejn origina dan l-isem jew x’ wassal
biex dan il-post beda jissejjah bl-isem
‘Ghaxaq’.
Nibdew, billi nifirdu l-istruttura tal-kelma fi
tnejn. L-ewwel parti hija il-frazi Hal. Din hija t-taqsira tal-kelma raHAL. Huwa
ghalhekk li parti l-kbira mill-ismijiet ta’
lokalitajiet differenti f’ Malta jibdew b’ din
il-frazi. Imma l-akbar diffikulta li nsibu
fl-origini hija it-tieni parti – ‘Ghaxaq’. Hemm diversi verzjonijiet ta’ din
id-derivazzjoni. L-aktar wahda komuni fost dawn
hija l-probabilita’ li dan l-isem ifforma
mill-kunjom ta’ l-ewwel familja li giet toqghod
f’ din il-parti ta’ Malta u li kien kunjomha 'Asciak'.
F’dak iz-zmien familja kienet toqghod f’xi
razzett jew ghalqa. It-tieni verzjoni li hija
valida tista’ tkun ukoll il-kawza ta’ dan
l-origini. Din hija il-fattur tan-natura. Dan
ir-rahal, minkejja d-daqs tieghu dejjem kellu
dik ix-xi haga li tGHAXXAQ lil min izuru u
ghalhekk jista’ jkun li wasal ghal dan l-isem
partikulari Ghaxaq. Minkejja dawn
id-differenzi fil-verzjonijiet, tibqa’ haga
wahda, illi l-Ghaxqin minn dejjem kienu, ghadhom
u ser jibqghu jghozzu lil dan ir-rahal. |


|
Il-Popolazzjoni ta’
Hal Ghaxaq matul iz-zminijiet
Mal-medda taz-zmien,
il-popolazzjoni ta’ Hal Ghaxaq, bhal kull
lokalita’ f’Malta u Ghawdex, inbidlet u varjat
kemm-il darba. Ghall-bidu il-figuri
tal-popolazzjoni ma kinux precizi izda mill-1842
‘il quddiem, il-Gvern Ingliz beda jaghmel
ic-censiment b’mod regolari u ghalhekk il-figuri
kienu aktar precizi.
Il-figuri juru li fl-1626, meta Hal Ghaxaq sar
parrocca u nqata’ mill-matrici taz-Zejtun, kien
ghad hawn ftit nies joqghodu fir-rahal. Dan kien
ilahhaq mat-340 ruh biss. Bejn l-1646 u l-1660,
l-ghadd ta’ residenti tela’ gmielu u lahhaq
l-1009 ruh. Fl-1767, l-ghadd ta’ djar baqa’
fejn kien ghaliex la naqsu u lanqas zdiedu, izda
l-popolazzjoni marret lura wisq ghaliex instab
li saret 352 ruh. Hawn naraw ukoll li bejn
l-1842 u l-1901, il-popolazzjoni tar-rahal
zdiedet dejjem hlief bejn is-snin 1861 – 1871
meta kien hemm nuqqas marginali. B’kollox
iz-zieda kienet ta’ 676. Interessanti wkoll hija
l-prezenza ta’ xi barranin f’ Hal Ghaxaq. Fil-
fatt, nafu li, skond ic-censiment ta’ l-1851,
kien hemm hames Inglizi jghixu f’ Hal Ghaxaq.
Mic-censiment ta’ l-1901, nafu li, bejn 1891 –
1901, kienu emigraw 107 persuni mir-rahal. |


|
Knejjes u Kappelli fir-Rahal
Il-Knisja Parrokkjali ta' Hal Ghaxaq
Bla dubju ta' xejn, l-akbar wirt li hallewlna
missirijietna Ghaxqin huwa t-tempju ghaziz
taghna. Il-Knisja Parrokkjali ta' Hal
Ghaxaq illum tista' titqies bhala wahda mill-aktar
knejjes sbieh u kbar li ghandna f' pajjizna.
Id-disinn ta' dan il-kapolavur sar mill-Perit
Sebastjan Saliba. Il-Knisja tlestiet mill-bini
fl-1756. Ix-xoghol ta' skultura fuq stil Barokk
jiddomina ghal kollox f'din il-knisja. Huwa
stil li jiksi l-knisja kollha minn kull rokna
taghha.
|
 |
| Il-kappella
ta' Santa Lucija
F’ nofs it-triq li mill-Gudja tasal ghal Hal
Tarxien, tinsab knisja zghira ddedikata lil
Santa Lucija. Illum din il-kappella tinsab mhux boghod hafna
mir-rahal ta’ Santa Lucija, li ha ismu propju
minn kif kienet tissejjah l-art ta’ l-inhawi.
Illum, din il-kappella tinsab izolata
fil-kampanja; imma meta nbniet, kienet f’salib
it-toroq bejn it-triq li, minn Bisqallin (iz-Zejtun)
u l-Lvant kollu ta’ Malta, wiehed kien irid
jghaddi biex imur l-Imdina, u t-triq l-ohra li,
miz-Zurrieq u Bir Miftuh (il-Gudja), wiehed kien
jghaddi biex imur il-Birgu; dan qabel ma nbniet
il-Belt Valletta. Mal-bini tal-Belt, saru toroq
godda, u t-toroq ta’ madwar il-kappella ta’
Santa Lucija illum spiccaw iservu bhala trejqiet
biex iwasslu biss ghall-ghelieqi.
Ricentement sar restawr estensiv fil-Kappella ta’
Santa Lucija li tinsab fil-konfini ta’ Hal
Ghaxaq. Dan ir-restawr sar bl-inizjattiva
tal-Fondazzjoni mwaqqfa minn Dr. Mario Rizzo
Naudi. Diversi individwi Ghaxqin taw kontribut
biex dan ir-restawr sar possibbli. Fost dawn
kien hemm il-Kunsill Lokali ta’ Hal Ghaxaq li
pprovda l-haddiema tieghu fejn ghamlu xoghol
fil-gewwieni ta’ din il-Kappella. Dawn
il-haddiema ghamlu xoghol kbir ta’ kxif u invjar
tal-gebel b’mod specjali tal-hnejjiet fejn
ingiebu ghall-istat originali taghhom. Saret
tindifa u tibjida lis-Sagrestija kif ukoll
lill-istess Kappella. Saru tiswijiet kbar fl-inkwadru
tal-qaddisa u tindif u restawr iehor fl-artal ta’
din il-kappella. |


|
Il-Bazilika ta' San Filippu Neri
L-ewwel gebla ta’ din il-Knisja tqieghdet fit-23
ta’ Jannar 1761, u tlestiet mill-bini tal-gebla
fit-3 ta’ Lulju, 1762. Il-Perit tad-disinn
tal-knisja kien l-istess perit tal-knisja
parrokkjali ta’ Hal Ghaxaq, is-sur Bastjan
Saliba. Din il-knisja tbierket u nfethet
ufficcjalment fid-29 ta’ Mejju 1763. Il-knisja
ghandha altar wiehed imdawwar bi skultura stil
Barokk moderat. L-apside ta’ fuq l-altar
tolqtok hafna. Il-Kwadru ta’ San Filippu
Neri hu xoghol tal-pittur Rokku Buhagiar, u
ghandu d-data 1763, fl-isfel tal-kwadru.
Il-knisja hija twila 25 pied u wiesgha 20 pied,
mibnija f’ forma rettangulari, bil-faccata u d-dahar
minn gewwa jiksru ftit fuq it-tond minhabba l-ispazju
ghall-bini ta’ l-altar u ghall-ftuh tal-bieb ta’
barra. Il-knisja tesgha madwar 40 persuna
bil-qieghda. Hija mibnija fuq erba’ arkati,
li fuqhom tistrieh il-koppla bl-anterna zghira
maqsuma fi tmien twieqi. Il-gallerija ta’
l-orgni, kbira u mifruxa minn genb ghall-iehor
tal-knisja, hija ta’ l-injam u ghandha disinn
mill-isbah. L-orgni li kien ingieb mill-Italja
hekk kif tlestiet il-knisja, illum jinsab
fil-Muzew tal-Katidral ta’ l-Imdina biex ikun
ikkonservat ahjar.
Il-knisja fuq barra ghandha portiku b’ rixtellu
tal-hadid. Id-disinn ta’ dan il-portiku
jixbah hafna lill-portiku tal-knisja ta’ Santa
Katarina ta’ l-Italja li hemm fil-Belt Valletta.
Il-faccata tal-knisja minn barra hi mibnija fuq
tliet ordnijiet jew pjani. L-ewwel pjan
jikkonsisti mill-portiku li jidher qisu separat
mill-faccata, imma mhux hekk. L-idea
tal-portiku kienet minn dejjem tifforma parti
integrali mill-faccata. It-tieni pjan hu
l-parti centrali tal-faccata li tiddomina
it-tieqa ewlenija u kbira li taghlaq bi
frontispizju tal-portiku. It-tielet pjan
hu l-koppla bl-anterna bis-salib li tielgha
fuqha, u mdawwra bil-ballavostri helwin
mac-cinturin taghha, u torbot kollox f’ unita’
wahda, u taghti dehra arkitettonikament helwa u
sabiha lill-faccata kollha. |



|
Il-Knisja ta' Santu Kristu
Fis-17 t’Ottubru, 1852, tqeghdet l-ewwel gebla
tal-knisja ta’ Santu Kristu, waqt funzjoni
religjuza li bidet b’pellegrinagg mill-Knisja
Parrokkjali ta’ Hal Ghaxaq ghal fuq il-post
imsejjah “Ta’ Kalamija”. Il-perit u l-imghallem
tax-xoghol kien Frangisku Carabott miz-Zejtun.
Il-knisja hadet sitt snin, hdax-il xahar u disat
ijiem sal-jum meta tbierket fis-26 ta’ Settembru
1859.
Din il-knisja ghandha storja interessanti
warajha. Kienet is-sena 1766 meta
Mikielang Zammit, perit tar-raba’ minn Hal
Ghaxaq, kien sema’ priedka fuq il-Passjoni ta’
Kristu li tant impressjonatu, li ghamilha
f’mohhu li jibni nicca lil Gesu Redentur fuq
il-gholja fl-inhawi ta’ Santa Lucija tal-Barrani
hdejn it-Torri ta’ Kalamija fit-triq li minn Hal
Ghaxaq tiehu ghall-Belt jew il-Kottonera.
Kien ghadda z-zmien izda ma sar xejn. Gara
li darba kien ghaddej mit-triq ta’ l-inhawi fejn
kien haseb li jibni n-nicca, u nqalaghlu
incident li waqa’ biz-ziemel b’ kollox.
Malajr rega’ fegg f’ mohhu l-hsieb tan-nicca li
wieghed li jaghmel, u dak il-hin iddecieda li,
flok nicca wahda, jaghmel nicca ohra
ghall-Veronika wkoll.
Mikielang akkwista l-art b’xejn u qabbad
lill-bennej biex jibnilu n-nicec li xtaq
jaghmel. L-ewwel nicca, dik ta’ Gesu’ Redentur, tlestiet fis-sena
1807, u sena wara, fis-26 ta’ Lulju, 1808,
tpoggiet l-istatwa tal-gebel ta’ Gesu mghobbi s-salib
– xoghol ta’ Pawlu Azzopardi, minn Bormla.
Is-Sur Mikielang miet, u n-nicca l-ohra
tal-Veronika ma saritx. Id-devozzjoni lejn
din in-nicca kienet kbira hafna. Dun
Guzepp Marija Demicoli kien ghamel talba
bil-miktub lill-isqof biex, flok in-nicca,
ikollu permess jibni kappella zghira u jqieghed
l-istatwa ta’ Gesu Mghobbi s-Salib fiha, fin-nicca
flok il-kwadru ta’ l-Altar Maggur. L-ahbar
t-tajba giet fit-23 ta’ Awwissu 1852, meta l-isqof
approva t-talba ghall-bini tal-kappella ta’
Santu Kristu.
|



|
Il-Karnival Spontanju f'Hal Ghaxaq
Wahda mill-aktar avvenimenti matul is-sena li
qieghed isir popolari huwa l-Karnival spontanju
li jafu jaghmlu l-Ghaxqin. Huwa stil
differenti minn Karnival li isir fi rhula ohra,
dan ghaliex f' dan il-karnival kulhadd johrog
fit-toroq spontanjament minghajr ebda
preparamenti. Il-kostum ma jkunux
normalment daqshekk sbieh bhalma imdorrijin
naraw f' xi ballijiet tal-karnival, izda Hal
Ghaxaq ghadu jhoss li l-karnival spontanu ghandu
post fir-rahal taghna. Ricentament,
infethet kumpanija gdida tal-Karnival f' Hal
Ghaxaq imsejha 'M.R.S.' biex tkompli tippromwovi
l-attivitajiet li jsiru fil-Karnival f' Hal
Ghaxaq. |
 |
|